Thursday, June 25, 2026

Eluf ta’ persuni fil-Venezwela jibnu t-tined biex jgħixu fihom

Aqra wkoll

Residenti fil-venezwela jafu li għaż-żmien li ġej se jkollhom jorqdu fit-toroq. Għalhekk mijiet kbar ta’ persuni qegħdin imorru f’postijiet miftuħa jarmaw it-tined għal familji tagħhom.

Kulħadd qiegħed jipprova jsib postijiet li ħdejhom ma jkunx hemm bini li jista’ jiġġarraf.

Intant il-ħaddiema tas-salvataġġ komplew għaddejjin bit-tfittxija għal aktar persuni u aktar pajjiżi qegħdin jibgħatu l-għajnuna tagħhom hekk kif il-Protezzjoni Ċivili tal-pajjiż imposibbli tlaħħaq weħidha.

L-aktar terrermot qawwi li laqat lil Venezwela mill-1900 ‘l hawn

Iż-żewġ terremoti li seħħew fil-Venezwela kienu l-aktar qawwija li qatt laqtu lill-pajjiż minn 1900 ‘l hawn. Dan intqal mill-US Geological Survey (USGS) skont data li ppubblikat.

L-ewwel terremot kien ta’ qawwa 7.2 hekk kif irreġistrat fuq il-USGS filwaqt li sekondi wara seħħ ieħor ta’ qawwa 7.5 li dam għaddej għal madwar minuta.

Il-USGS tgħid li fid-29 ta’ Ottubru tal-1900 kien seħħ terremot fil-Venezwela li kien ta’ qawwa 7.7 u baqa’ magħruf bħala t-terremot ta’ San Narciso.

Aktar kmieni: Biża’ li fil-Venezwela mietu aktar minn 100,000 persuna

Dak li hu għaddej bħalissa fil-Venezwela hu tal-biża’. Matul il-lejl li għadda seħħew żewġ terremoti wieħed ta’ qawwa 7.2. u ieħor li seħħ ftit sekondi warajh kien ta’ qawwa 7.5.

Diversi bliet inqerdu għal kollox bis-servizzi tal-emerġenza ma jistgħux ilaħħqu mat-talbiet għall-għajnuna. L-Istati Uniti ħabbret li kienet qiegħda tibgħat timijiet ta’ tfittxija u salvataġġ f’diversi żoni fil-pajjiż u fil-ħin li ġej aktar pajjiżi se jingħaqdu ma’ din l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Rapport fil-midja qegħdin jgħidu li għalkemm għadu kmieni wisq biex jiġi stabbilit kemm hemm vittmi, jidher li n-numru jista’ jitla’ anke sa 100,000 persuna li jkunu tilfu ħajjithom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport