Wara jiem ta’ spekulazzjonijet, issa huwa uffiċjali li Emerson Marcelina se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Hamrun Spartans għal staġun ieħor.
Dan wara li ġedded il-kuntratt tiegħu mal-iSpartans.
Fi stqarrija, Hameun qalu li: “Figura ewlenija fl-iskwadra tal-iSpartans, Emerson wera b’mod konsistenti l-kwalità, id-dedikazzjoni u l-mentalità rebbieħa tiegħu kemm fuq il-grawnd kif ukoll barra minnu.”
“L-estensjoni tiegħu tipprovdi aktar kontinwità u stabbiltà hekk kif il-klabb ikompli jibni fuq il-kisbiet reċenti tiegħu u jipprepara għall-isfidi li ġejjin.”
“Nistennew bil-ħerqa li naraw lil Emerson ikompli l-vjaġġ tiegħu mal-klabb tagħna.”

