Monday, May 13, 2024

Enzo Potenza jinħatar coach ta’ Valletta

Aqra wkoll

Il-coach Taljan, Enzo Potenza, inħatar il-coach il-ġdid ta’ Valletta wara li fil-jiem li għaddew il-club Belti waqqaf il-kuntratt ta’ Thane Micallef bi qbil reċiproku. 

Bla dubju, Potenza ma għandu bżonn tal-ebda introduz­zjoni fil-football domestiku minħabba li huwa mexxa xejn inqas minn erba’ timijiet … tlieta fil-Premier u ieħor fiċ-Challenge League. 

Huwa għamel id-debutt ma’ Senglea Athletic, nhar il-21 ta’ Settembru, 2018, fid-draw ta’ 1-1 kontra Pietá Hotspurs. Fl-istaġun 2019/20 huwa mexxa lil Floriana għar-rebħ tat-titlu filwaqt li f’Novembru 2022 ingħaqad ma’ Sta Lucia. 

Proprju fl-istaġun li għadda huwa kien fir-responsabbiltá ta’ Marsa fiċ-Challenge League. 

Sport