Monday, May 13, 2024

Erba’ rebħiet għal Paul Galea

Minn Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Clint Vassallo, Cepage Des Ulmes rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlet parti mir-raba’ laqgħa tas-sena fuq maratona ta’ ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. 

Din kienet ukoll il-ġurnata ta’ Dylan Baldacchino li spikka bi tliet rebħiet permezz ta’ Igame Merite, Attack Photo u Timetopaythepipe. Dylan jiġi wkoll iben is-sewwieq stabbilit Noel Baldacchino. Paul Galea kellu wkoll ġurnata tajba meta temm b’erba’ rebħiet permezz ta’ Goldwyn Du Bocage, Donatello Kily, Dieu d’Occagnes u Gamin De Source. 

Intant, għaxar żwiemel biss ġrew fit-tiġrija tal-klassi Premier. Escoublac (Charlton Muscat) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) u Caprice De Cosse (Mario Fenech). Madankollu meta kien jonqos biss 300 metru għat-tmiem tat-tiġrija iż-żiemel ta’ Muscat beda’ jnaqqas mill-ġiri u eventwalment inqabeż minn Cepage Des Ulmes (Clint Vassallo). Ellington Dream (Charles Camilleri) u l-ġdid Franċiż Eros Du Fosse (Carmelo Farrugia) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.16” fil-kilometru.   

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Doc De L’Ormerie (B. Hili) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Fast Loulou (N. Baldacchino) 3. Double Sans Faute (M. Desira) 4. Harry De L’Ormerie (G. Gatt)  

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) Ħin – 3.27.4” (1.18.5”) 2. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele) 3. Croque Tout (M. Falzon) 4. Fort De France (J. Farrugia) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Donatello Kily (P. Galea) Ħin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Hawai Turgot (L. Frendo) 3. Fast And Good (D. Baldacchino) 4. Cooper Club (R. Abela) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Forma De Blary (J. Gafa’) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Everest De Kacy (J. Buttigieg) 3. Calzac De Guez (N. Barbara) 4. Fangio Madrik (E. Attard) 

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 3.22.9” (1.16.9”) 2. Hanouchka (Cherise Farrugia) 3. Miracle Of Heaven (R. Gatt) 4. Ilona Park (D. Cortis) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Baud Breton (N. Baldacchino) 3. Jenna Du Val D’Or (J. C. Pace) 4. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Timetopaythepipe (D. Baldacchino) Ħin – 3.23.7” (1.17.1”) 2. Heros De Claivince (C. Camilleri) 3. Conungen G.T. (J. P. Polidano) 4. Fidji Badrec (R. Gatt) 

VIII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Dieu d’Occagnes (P. Galea) Ħin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Flash Du Rabutin (L. Ghigo) 3. Imperial Du Stade (R. Gatt) 4. Haquitin (N. Baldacchino) 

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Cepage Des Ulmes (C. Vassallo) Ħin – 3.20.6” (1.16”) 2. Escoublac (Ch. Muscat) 3. Ellington Dream (Ch. Camilleri) 4. Eros Du Fosse (C. Farrugia)

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Ħin – 3.27.6” (1.18.6”) 2. Just Be Proud (Ch. Camilleri) 3. Fighter Perrine (R. Gatt) 4. Hip Hop Renardiere (N. Barbara)  

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 3.20.5” (1.16”) 2. Ezabiau De Goulet (J.C. Pace) 3. Dessert Compris (J. Gafa’) 4. Dream Maker (P. Galea) 

Sport