Thursday, October 17, 2024

Eric Cantona jikkritika lis-sidien il-ġodda ta’ Man Utd

Aqra wkoll

L-eks plejer u leġġenda ta’ Manchester United Eric Cantona ikkritika bl-aħrax id-deċiżjoni ta’ INEOS, wieħed mill-proprjetarji l-ġodda tal-klabb sabiex ineħħu lil Sir Alex Ferguson bħala l-ambaxxatur globali tal-klabb.

L-eks attakkant Franċiż qal li dan hu nuqqas ta’ rispett kbir lejn kowċ li ta daqstant għall-klabb għal 27 sena sħaħ u li issa ngħata l-ġenb. Hu sostna li minkejja kollox, Ferguson se jibqa’ l-aqwa bniedem li qatt rifes Old Trafford u l-istorja mhux se tħassar dan kollu.

Ferguson kien jirċievi xi ħaġa tal-flus kull sena, iżda issa dan kollu se jispiċċa taħt INEOS Group.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport