Erik ten Hag estenda l-kuntratt tiegħu bħala manager ta’ Manchester United sa Ġunju 2026.
Erik ten Hag qal: “Ninsab kuntent ħafna li lħaqt ftehim mal-klabb biex inkomplu naħdmu flimkien. Meta nħarsu lura lejn l-aħħar sentejn, nistgħu nirriflettu bi kburija fuq żewġ trofej u ħafna eżempji ta’ progress minn fejn konna meta ngħaqadt .
“Madankollu, irridu nkunu ċari wkoll li għad fadal ħafna xogħol iebes quddiemna biex jintlaħqu l-livelli mistennija minn Manchester United, li jfisser sfida għat-titli Ingliżi u Ewropej.
“Fid-diskussjonijiet tiegħi mal-klabb, sibna unità sħiħa fil-viżjoni tagħna biex nilħqu dawk l-għanijiet, u aħna lkoll impenjati bis-sħiħ li nagħmlu dak il-vjaġġ flimkien.”