Hamrun S. jikkonvinċu u jagħtu l-ewwel telfa lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Hamrun S…………………4

Marsaxlokk……………….1

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Compri, Matthew Guillaumier, Jake Grech, Damir Ceter (Lucas Villela 54), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelcic (Kean  Scicluna 87), 29 Marcello Trotta (Shasien Attard 87), Ante Coric (Marcelo de Aguiar Alves 82), Emerson Marcelina Ryan Camenzuli (Sven Xerri 87) Coach: Marco Amelia

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Ensell  Attard 85), 8 Jose Ulises Arias (Semir Smajlagic 73), Rasmus Linden, Dodo’ Soares (Redon Mihana 73),Juan Carlos Corbolan (Lucas Caruana 85), Matias Nicolas Garcia (Domantas Simkus 64), Joseph Minala, Leandro  Aguirre Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Mark Ciantar u Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: O. Bjelicic 16, L. Villela pen. 61, R. Camenzuli 73, A, Coric 81 (H), R. Linden 46 (M)

Ammoniti: C. Mafoumbi, J, U. Arias, Dodo Soares (M), R. Compri, O. Bjelicic, M. Trotta (H)

Player tal-Logħba: Emerson Marcelina (H)

Hamrun Spartans irnexxielhom jagħtu l-ewwel telfa tal-Kampjonat lil Marsaxlokk b’ mod mill-aktar spettakolari wara li t-tim ta’ Marco Amelia għeleb lil dak t’ Enzo Potenza bl-iskor ta’ 4-1.

Hamrun Spartans fetħu l-iskor fis-16-il  minuta logħob meta minn  azzjoni ta’ corner, OGNJEN BJELICIC irċieva l-ballun u dawru fix-xibka minn ftit metri bogħod.

Marsaxlokk ġabu d-draw fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta’ minn azzjoni ta’ korner, RASMUS LINDEN kellu daqqa ta’ ras li permezz tagħha l-ballun laqat l-ewwel lil Ryan Camenzuli, imbagħad lil Oualid El Hasni u eventwalment tefa’ l-ballun fix-xibka.

Ħamrun Spartans komplew jinsistu u fis-60 minuta Jake Grech jipprova jixxuttja imma l-ballun jispiċċa jiġi kklerjat. 

Madankollu, il-bankina Ħamruniża talbet l-intervent tal-FVS minħabba foul possibli ta’ Jospeh Minala fuq Marcello Trotta fiil-kaxxa, u wara li saru l-verifiki meħtieġa, ir-referee Philip Farrugia ordna penalty favur Hamurun. 

Mill-11-il  metru mar LUCAS VILLELA u li tefa’ l-ballun fix-xibka u bagħat il-gowler in-naħa l-oħra għat-2-1.

Il-Ħamruniżi ma damux ma sabu t-tielet gowl b’ RYAN CAMENZULI jinterċetta passaġġ mill-aqwa ta’ Marcello Trotta u jegħleb  lil Mafoumbi kompletament żmarkat.  

Fis-77 minuta Ħamrun Spartans kellhom iċ-ċans li jmiss tal-logħba b’ Ante Coric jikkonkludi minn barra l-kaxxa biss Mafoumbi  kien bravu  li qal le lill-Kroat.  Erba’ minuti wara, l-iSpartans żiedu l-iskor.  Din id-darba kien ANTE CORIC li b’ xutt imdawwar għeleb lil Mafoumbi.

Fid-89  minuta, is-sostitut  Shaisen  Attard kien protagonista t’azzjoni ta’ kontrattakk meta għeleb id-difiża u  ġie waħdu  quddiem  il-goalkeeeper.   Ix-xutt taż-żagħżugħ Malti ġie interċettat minn Mafoumbi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport