Saturday, May 4, 2024

Erik ten Hag jasal f’Manchester biex jibda t-tmexxija tiegħu fit-team tar-Red Devils

Aqra wkoll

Erik ten Hag, nhar it-Tnejn wasal fil-club ta’ Manchester United biex jibda fit-tmexxija tiegħu tat-team wara li nhar il-Ġimgħa li għadda, huwa temm il-kuntratt tiegħu ma’ Ajax hekk kif l-istaġun fl-Olanda ġie fi tmiemu. 

Huwa ddeċieda li ma jmurx mal-iskwadra fil-pajjiż ta’ Curacao biex jiċċelebraw ir-rebħ tat-titlu iżda minflokk mar f’Old Trafford biex jibda r-renju tiegħu. 

Fil-veritá huwa se joqgħod ftit ‘il bogħod mill-iskwadra matul din il-ġimgħa minħabba li nhar il-Ħadd li ġej se tkun impenjata fl-aħħar ġurnata tal-istaġun għand Crystal Palace taħt it-tmexxija tal-coach Ralf Rangnick. 

Peró se jibda jaħdem minn wara l-kwinti biex jibda jifformulizza l-istaff tiegħu. 

Sport