Monday, September 30, 2024

Erik Ten Hag jitlob paċenzja mill-partitarji ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag talab ftit paċenzja mill-partitarji akkaniti tal-klabb filwaqt li ddefenda s-suq tat-trasferimenti tar-Red Devils f’dawn l-aħħar żewġ staġuni.

L-eks kowċ ta’ Ajax Amsterdam qal li l-plejer mixtrija f’dawn l-aħħar sentejn għadhom żgħar u jridu jtejbu l-kwalitajiet tagħhom dejjem aktar.

Ten Hag jifhem li l-partitarji huma mdorrijin b’suċċessi iżda hu sostna li dan kollu jfisser futur aktar solidu fejn dawn il-plejers ikomplu jieħdu aktar esperjenza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport