L-ogħla awtoritajiet ta’ Manchester United ikkonfermaw li l-kowċ Erik Ten Hag ma’ jinsabx f’periklu li jitlef postu minkejja bosta xnigħat li bdew jaslu mill-belt ta’ Manchester.
Id-diriġenti tar-Red Devils qalu li bħalissa l-inqas ħaġa li qed jaħsbu fuqha hu proprju li jbiddlu kowċ meta tqis li għadu jibda l-istaġun.
Gazzetta influwenti Ingliża tgħid li minkejja kollox, sitt telfiet minn għaxar logħbiet staġjonali żgur mhux bilanċ daqshekk tajjeb u staqsa jekk bit-tattika tal-kowċ huma jistgħu jaslu x’imkien.
Minkejja kollox, l-istess gazzetta sostniet ukoll li Ten Hag qed jaffaċċja numru ta’ plejers imweġġgħin u dawn qed jeffettwaw il-progress tat-tim.