Saturday, May 18, 2024

Il-President jgħid li jinsab ixxukkjat bl-attakki fl-Iżreal u jappella kontra l-vjolenza

Aqra wkoll

Il-President George Vella fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-attakki li bdew aktar kmieni dalgħodu fl-Iżrael qal li jinsab ixxukkjat.

Fi stqarrija huwa kkundanna l-vjolenza kontra nies ċivili u kontra l-paċi. Huwa qal li l-paċi ma tistax tinkiseb permezz tal-vjolenza u li l-vjolenza ġġib iktar vjolenza.

Il-President tar-Repubblika żied li l-unika soluzzjoni hija taħditiet għall-paċi serji u b’intenzjoni tajba.

Huwa esprima l-kondoljanzi lill-qraba ta’ dawk li nqatlu f’dan l-attakk u awgura fejqan ta’ malajr li dawk midruba.

Sport