L-attakkant ta’ Manchester City, Erling Haaland, għamel ġest ġeneruż lejn il-komunità ta’ raħal twelidu fin-Norveġja billi ta donazzjoni ta’ ktieb rari tas-seklu 16, stmat li jiswa madwar £100,000, lil-librerija pubblika lokali.
Il-ktieb, li nxtara flimkien ma’ missieru Alf-Inge Haaland għal madwar £100,000, huwa edizzjoni tal-1594 ta’ Snorri Sturluson’s Royal Sagas, li fiha rakkonti storiċi dwar rejiet, irġejjen u ġellieda tal-Vikingi.
Haaland iddeċieda li jagħti dan il-ktieb prezzjuż lil-librerija ta’ Bryne, fejn trabba, sabiex ir-residenti jkunu jistgħu japprezzaw parti importanti mill-istorja ta’ pajjiżhom.
Il-pleayr ta’ 25 sena qal li xtaq li l-ktieb jibqa’ aċċessibbli għal kulħadd u li n-nies ikunu jistgħu jaqraw dwar il-persuni li ġejjin mill-istess reġjun tiegħu.
Haaland sostna wkoll li l-qari jista’ jispira lit-tfal biex joħolmu aktar u jiskopru opportunitajiet ġodda f’ħajjithom.




