Żewġ persuni l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li fl-inċident kienu involuti karozza tat-tip Honda Accord, misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siġġiewi, u Mercedes, misjuqa minn raġel ta’ 72 sena, ukoll residenti s-Siġġiewi.

Fil-Mercedes kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 68 sena, residenti s-Siġġiewi.

L-ewwel li wasal fuq il-post kien tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lill-persuni involuti fl-inċident. Wara li ngħataw l-ewwel għajnuna, ir-raġel ta’ 72 sena u l-passiġġiera ta’ 68 sena ttieħdu l-isptar għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Kawża tal-inċident, it-triq ingħalqet għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport