L-iskwadra ta’ Spanja se jkollha tgħaddi mingħajr żewġ players importanti, Mikel Oyarzabal u Lamine Yamal, għall-konfront tal-UEFA Nations League kontra ċ-Ċekja.
Yamal, li jilgħab ma’ Barcelona, qed isofri minn uġigħ fl-irkoppa tal-lemin wara r-rebħa ta’ 2-1 kontra Atletico Madrid. Min-naħa tiegħu, Oyarzabal, ta’ Real Sociedad, qed jirkupra minn influwenza.
Iż-żewġ players mistennija jingħaqdu mal-kumplament tal-iskwadra fil-jiem li ġejjin, bl-għan li jkunu disponibbli għall-partita kontra l-Ingilterra tal-Ħadd 15 ta’ Novembru.
Għalhekk, il-coach, Luis de la Fuente, se jkollu jgħaddi mingħajrhom għall-partita kontra ċ-Ċekja fi Praga.




