Thursday, April 18, 2024

Euro 2024: Federico Chiesa u Federico Dimarco barra għall-Italja

Aqra wkoll

Federico Chiesa u Federico Dimarco rtiraw mill-iskwadra tal-Italja għall-ewwel żewġ logħbiet tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024.

Il-winger ta’ Juventus Chiesa deher izappap wara li daħal bħala sostitut fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Inter, nhar il-Ħadd li għadda. 

Fortunatament l-eżamijiet fuq irkopptu ma wrew l-ebda injury, iżda l-club qal li għandu bżonn jistrieħ.

Chiesa kien fil-formazzjoni inizjali fit-team li għeleb lill-Ingilterra bil-penalties fil-finali tal-Euro 2020, li ntlagħbet f’Lulju 2021.

Id-difensur xellugi ta’ Inter Dimarco temm il-partita ftit minuti qabel. 

Id-difensur ta’ West Ham, Emerson Palmieri, ġie msejjaħ minflok Dimarco iżda ma ġie msejjaħ ebda sostitut għal Chiesa.

Ivan Provedel ta’ Lazio, wieħed mill-erba’ goalkeepers imsejjaħ mill-coach Roberto Mancini, irtira wkoll u minfloku ġie msejjaħ Marco Carnesecchi ta’ Cremonese.

Inċidentalment, l-Italja tibda d-difiża tat-titlu  kontra l-Ingilterra f’Napli l-Ħamis, qabel ma tilgħab kontra Malta, nhar il-Ħadd li ġej.

Ekonomija

Sport