Friday, April 19, 2024

PSV jissospendu partitarju għal 40 sena

Aqra wkoll

PSV Eindhoven issospendew partitarju tagħhom għal 40 sena wara li nstab ħati li attakka lill-goalkeeper ta’ Sevilla, Marko Dmitrovic, waqt partita tal-UEFA Europa League.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena, li diġà kien qed jiskonta sospensjoni mill-istadium nazzjonali,  ingħata sentenza ta’ tliet xhur ħabs.

Huwa kien ukoll sospiż miż-żona madwar il-Philips Stadium ta’ PSV għal sentejn.

Il-club Olandiż qal ukoll li se jfittex li jirkupra danni finanzjarji mingħandu.

PSV jistgħu jistennew multa qawwija wara li l-UEFA fetħet kawża dixxiplinarja kontra tagħhom wara l-inċident.

Il-partitarju, li PSV qalu li daħal fil-ground permezz ta’ biljett mixtri minn ħabib, kien diġà qed jiskonta sospensjoni tal-istadium nazzjonali sal-2026 imposta mill-FA Olandiża.

Fl-imsemmi inċidenti, huwa avviċina lis-Serb Dmitrovic lejn tmiem it-tieni leg tal-play-off,  fi Frar li għadda, u tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu. L-eks goalkeeper ta’ Charlton iddefenda lilu nnifsu sakemm waslu l-istewards u ġie arrestat minnufih. 

Dmitrovic seta’ jkompli l-logħba li huma tilfu bl-iskor ta’ 2-0 iżda kkwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2. 

Sevilla, li rebħu din it-tazza sitt darbiet, issa se jilagħbu kontra Manchester United fil-kwarti-finali. 

Sport