Wednesday, April 24, 2024

Kylian Mbappe jinħatar captain ta’ Franza

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain Mbappe aċċetta l-proposta tal-coach nazzjonali, Didier Deschamps, biex ikunu il-captain ta’ Franza wara li Hugo Lloris irtira mix-xena internazzjonali, f’Jannar li għadda, wara li Les Bleus tilfu l-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Novembru li għadda.

Lloris, 36 sena, kien ilu l-captain tat-team għal aktar minn għaxar snin.

L-attakkant ta’ Atletico Madrid, Antoine Griezmann, kien inħatar viċi-captain wara li d-difensur ċentrali ta’ Manchester United, Raphael Varane, ukoll ħabbar l-irtirar tiegħu wara d-diżappunt tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina. 

Mbappe, li lagħab 66 darba għal pajjiżu, kien ilu ġimgħat marbut ma’ dan l-irwol u skorja hat-trick fit-telfa finali tat-Tazza tad-Dinja wara li fl-2018 huwa għen lil pajjiżu għar-rebħ tal-ikbar unur fid-dinja kalċistika. 

L-eks attakkant ta’ Monaco huwa viċi-captain fit-team ta’ Paris St-Germain, wara l-Brażiljan Marquinhos. Infatti, fl-assenza tiegħu, Mbappe mexxa lit-team nhar il-Ħadd li għadda fit-telfa kontra Rennes. 

L-ewwel logħba tiegħu bħala captain se tkun dik ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 tal-Ġimgħa kontra l-Olanda, fi Stade de France.

Sport