Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Franza fil-kwarti-finali permezz ta’ auto-goal

Aqra wkoll

FRANZA……. 1

BELĠJU…….. 0

Franza qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-kwarti-finali tal-Euro 2024 meta għelbu  lill-Belgju bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal tant importanti jasal minn auto-goal lejn tmiem il-partita.

Kollox ma’ kollox kienet reb­ħa meritata għall-Fran­ċiżi, għalkemm wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu tal-Belġjani li kellhom il- waqtiet pożittivi tagħhom speċjalment fit-tieni taqsima iżda sabu lill-goalkeeper,Mike Maignan, f’burdata mill-aqwa li salva lit-team tiegħu f’bosta okkażjonijiet.

Kienu l-Franċiżi li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta iżda Antoine Griezmann ixxuttja ċentrali biex il-goalkeeper, Koen Cas­teels, salva mingħajr wisq tbatija.

Fl-14-il minuta, il-captain Kylian Mbappe seta’ għa­mel aħjar meta minn qagħda ideali xeħet għoli.

Il-Belġjani wieġbu fl-24 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Ke­vin De Bruyne li ġie salvat b’diffikultá minn Maignan.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Franċiżi ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta, Aurelien Tchouameni, sab lil Casteels attent meta t-tentattiv tiegħu ġie devjat mid- difiża Belġjana.

It-team immexxi mill-coach, Didier Deschamps, kompla jiddetta l-logħob u, fil-65 minuta, Griezmann fajjar xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit barra. 

Il-Belġjani rrispondew ħames minuti wara meta Romelu Lukaku kellu xutt insidjuż minn pożizzjoni ideali li ħareġ l-aħjar ta’ Maignan hekk kif wettaq save kbir.

Fl-74 minuta, Franza fal­lew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta William Saliba dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel venven xutt b’saħħtu li għadda jħakkek mal-wieqfa.

Huma komplew jippressaw u erba’ minuti wara, Kylian Mbap­pe ndirizza ballun minn tarf il-kaxxa iżda għolla l-mira.

Fit-83 minuta, Maignan reġa’ kien providenzjali għall-Franċiżi meta salva t-tenattiv ta’ Kevin De Bruy­ne minn tarf il-kaxxa. 

Iżda żewġ minuti wara, Franza skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta s-sostitut, Randal Kolo Muani, ġibed lejn il-lemin u minn pożizzjoni angolata t-tentattiv tiegħu ġie devjat minn Jan Verthongen biex qarraq għal kollox bil-goal­kepeer, Casteels, għal auto-goal sfortunat.

biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport