Saturday, September 7, 2024

Euro 2024: Jones u Teuma barra għal Malta kontra l-Italja

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-partita kontra l-Italja ta’ nhar is-Sibt li ġej valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, it-team nazzjonali Malti se jkollu jgħaddi mingħajr is-servizzi tal-attakkant ta’ Notts County, Jodi Jones, u l-midfielder ta’ Stade de Reims, Teddy Teuma, minħabba injuries li sofrew fl-aħħar impenn mal-club tagħhom. 

Jones qed isofri minn uġiegħ qawwi f’għonqu wara kuntatt ma’ player avversarju filwaqt li Teuma sofra injury fl-għaksa u għaldaqstant mhux se jkunu disponibbli.  

Il-kundizzjoni taż-żewġ players se tiġi evalwata mill-ġdid għall-partita kontra l-Ukrajna, ta’ nhar it-Tlieta li ġej, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali.  

Ekonomija

Sport