Wednesday, July 10, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra fis-semi-finali bl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

INGILTERRA… 1

SVIZZERA……. 1

(Ingilterra 5-3 bil-penalties)

Mingħajr ma kkonvinċew l-Ingilterra għaddew għas- semi-finali tal-Euro 2024 meta għelbu lill-Isvizzera 5-3 bl-għoti tal-penalties wa­ra li temmew fi draw ta’ 1-1.

Wara bidu kwiet, fis-17-il minuta, l-Ingliżi appellaw għal penalty meta Harry Kane waqa’ mal-art fil-kaxxa  f’kuntatt ma’ Ricardo Rodriguez, iżda kien kollox normali għar-referee Tal­jan, Daniele Orsato.

Mal-ħin it-Three Lions bdew iżidu l-pressjoni iżda l-Isvizzeri ma tawhom l-ebda ċans biex jimmanuvraw hekk kif bdew jagħlqu l-ispazji neċessarji.

Fis-27 minuta, xogħol tajjeb ta’ Bukayo Saka seta’ ħalla l-frott mixtieq iżda l-periklu mill-cross tiegħu ġie mtajjar mid-difiża Svizzera.

Minuta qabel tmiem l- ewwel taqsima, Saka daħal il-kaxxa u għadda lejn Kobbie Mainoo li f’tarf il-kaxxa ż-żgħira ġie nnewtralizzat minn Granit Xhaka biex l-Isvizzeri ħelsuha ħafif.

Fit-52 minuta, l-Isvizzera ħolqu l-ewwel periklu meta Remo Freuler għadda lejn Breel Embolo li dar ma’ Ezri Konsa iżda x-xutt tiegħu kien kemmxejn dgħajjef biex il-goalkeeper, Jordan Pickford, salva bla tba­tija.

Fil-65 minuta, Michel Aebischer seta’ għamel aħjar meta d-difiża Ingliża kklerjat qasir bil-ballun jasal għandu iżda għolla l-mira.

Iżda fl-74 minuta, l-Isvizzeri fetħu l-iskor meta Dan Ndoye xeħet cross fil-baxx li qarraq għal kollox bid-difiża Ingliża u BREEL EMBOLO ġebbed siequ biex irtokka l-ballun għar-rokna tax-xibka.

Ir-reazzjoni tal-Ingliżi kie­net waħda mmedjata u fit-80 minuta kisbu d-draw meta BUKAYO SAKA ġibed lejn tarf il-kaxxa u b’xutt imdawwar għeleb lill-goalkeeper, Yann Sommer …. biex il-partita marret fil-ħin barranin.

U proprju fir-raba’ minuta Sommer evita goal ċert meta dawwar f’corner ix-xutt ta’ Declan Rice li kien immirat lejn ir-rokna tax-xib­ka.

Fil-101 minuta, Jude Bel­lingham falla ċans tajjeb meta minn pożizzjoni ideali xxuttja ċentrali. 

Tliet minuti mit-tmiem, l-Isvizzeri laqtu l-lasta minn corner dirett ta’ Xher­dan Shaqiri.

Bil-partita tmur għall- għoti tal-penalties kienu t-Three Lions li ttrijonfaw.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport