Saturday, July 13, 2024

Euro 2024: L-Olanda jdawru telfa f’rebħa kontra t-Turkija

Aqra wkoll

OLANDA …………. 2     

TURKIJA …………. 1

L-Olanda dawru telfa f’rebħa biex għelbu lit-Turkija bl-iskor ta’ 2-1 biex għaddew għas-semi-finali tal-Euro 2024 biex b’hekk se jaffrontaw lill-Ingilterra.

L-ewwel ċans tal-partita wasal wara biss żewġ minuti min-naħa tal-Olanda iżda minn pożizzjoni ideali, Memphis Depay xeħet ferm għoli.

Wara din l-azzjoni, il-logħob beda jintlagħab minn kaxxa sa kaxxa biż-żewġ settijiet ta’ players ikunu ferm kawti biex ma jsofrux il-goal aktar milli jiskorjaw.

Peró mal-ħin, it-Torok bdew jimmaturaw, rebħu l-pussess tal-ballun u xeħtu lill-Olandiżi jirtiraw lura. U b’mod gradwali bdew jibnu l-pressjoni iżda xejn ma kienu preċiżi fil-konklużjonijiet tagħhom.

Dan sakemm, fil-35 minuta, Arda Guler ikkontrolla l-ballun f’tarf il-kaxxa u dendel cross perikoluż, bil-goalkeeper Olandiż, Bart Verbruggen, jinqabad barra minn postu, bil-ballun jasal għand Samet Akaydin li b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-55 minuta, l-istess Guler kien għoddu rdoppja għat-team tiegħu meta minn free-kick ġie mċaħħad minn sieq il-lasta. Wara din l-azzjoni, l-Olandiżi ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda bdew jiġu antiċipati mid-difiża Torka. 

Fis-66 minuta, kienu t-Torok li resqu viċin meta Verbruggen laqa’ parzjalment ix-xutt b’saħħtu ta’ Kenan Yildiz minn barra l-kaxxa u mir-rebound Wout Weghorst antiċipa fil-ħin lil Kaan Ayhan li kien lest li jkompli l-ballun fix-xib­ka.

Ta’ dan in-nuqqas, fis-70 minuta, kienu l-Olanda li kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Stefan de Vrij li kkonkluda mill-cross ta’ Depay.

Sitt minuti wara, l-Oranje marru fil-vantaġġ meta mill-cross ta’ Denzel Dumfries, Cody Gakpo ippressa lil Mert Muldur biex ikkommetta auto-goal.

Fil-91 minuta, Verbruggen salva r-rebħa għall-Olandiżi b’save kbir fuq Cenk Tosun qabel tkeċċa Bertug Yildirim.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport