Friday, July 19, 2024

“L-edukaturi se jkollhom l-aqwa ftehim”

Il-Prim Ministru Robert Abela f'kummenti wara li 92% tal-edukaturi jivvutaw favur il-ftehim settorjali ġdid

Aqra wkoll

Wara li 92% tal-edukaturi jivvutaw favur il-ftehim settorjali ġdid il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali qal li “l-edukaturi se jkollhom l-aqwa ftehim”.

Dr Abela kiteb li kien qiegħed jilqa’ l-vot b’saħħtu tal-edukaturi favur il-ftehim propost u li kien innegozjat mal-union tal-Għalliem l-MUT. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern ta l-kelma li se jżid b’mod sinifikanti l-kundizzjonijiet tal-edukaturi u hekk se jiġri fil-ftehim.

Dr Abela tenna li l-edukaturi ser ikollhom l-aqwa ftehim li qatt kellhom għax hekk jixraq. Il-Prim Ministru qal li fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jibni fuq dan, u jtejjeb il-pagi ta’ iktar ħaddiema.

Intant, ilbieraħ filgħaxija l-MUT fi stqarrija qalet li l-membri tagħha kienu approvaw il-ftehim kollettiv il-ġdid u dan sar b’92% tal-membri jivvotaw favur.

L-Istqarrija qalet li b’kollox kienu 2,462 eliġibbli biex jivvutaw. Minnhom ivvutaw 2,108. Il-maġġoranza assoluta, 1,945 ivvutaw favur, 163 ivvutaw kontra filwaqt li 35 astjenew. L-MUT qalet li kkomunikat ir-riżultat mal-Ministru tal-Edukazzjoni bil-għan li jipproċedu għall-iffirmar tal-ftehim.

Dan il-ftehim jgħodd għall-edukaturi kollha li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport