Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra kellhom jitħabtu kontra s-Slovakkja

Aqra wkoll

INGILTERRA…… 2

SLOVAKKJA …….1

(wara l-ħin barrani)

L-Ingilterra kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Euro 2024 meta għelbu lis-Slovakkja bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani.

Fil-veritá, l-Ingliżi kel­lhom jitħabtu hekk kif is- Slovakki kienu biss sekondi ‘l bogħod mill-kwalifikaz­zjoni … iżda fl-ewwel xutt indirizzat fil-lasti avversarji, fil-ħames minuta tal-ħin miżjud, l-Ingliżi kisbu d- draw li kien id-daqqa mortali għas-Slovakki.

Kienu s-Slovakki li ħol­qu l-ewwel attakk serju wara biss sitt minuti meta b’xutt angolat David Han­cko għeleb lill-goalkeeper, Jordan Pickford, iżda l-ballun għada jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Fit-13-il minuta, huma reġgħu resqu viċin iżda t-tentattiv ta’ Haraslin ġie salvat minn fuq il-linja fatali minn Marc Guehi.

Peró, fl-24 minuta, is-Slovakki meritatament fetħu l-iskor meta David Strelec fetaħ għal kollox lid-difiża Ingliża b’pass perfett lejn IVAN SCHRANZ li għeleb lil Pickford bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ingliżi ħasbu li kisbu d-draw meta Phil Foden kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Kieran Trippier. Iżda Foden kien iġġudikat li kien f’pożiz­zjoni ta’ offside.

Fil-55 minuta, is-Slovakki kienu għoddhom irduppjaw meta David Strelec qabad lil Jordan Pickford barra minn postu u x-xutt tiegħu min-nofs il-ground għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Fil-75 minuta, minn free-kick ta’ Phil Foden, Harry Kane għola fuq kulħadd u bl-għajta tal-goal, minn taħt il-lasti xeħet barra minn daqqa ta’ ras.

Ħames minuti wara, it-Three Lions kienu sfortunati meta x-xutt ta’ Declan Rice minn barra l-kaxxa ġie mċaħħad mill-wieqfa.

Peró, fil-95 minuta, fl-ewwel xutt indirizzat lejn il-lasti, l-Ingilterra kisbu d-draw meta minn throw-in, Guehi xeħet bir-ras fil-kaxxa ż-żgħira avversarja u b’nofs rovexxjata JUDE BELLINGHAM xeħet fir-rokna tax-xibka.

U proprju fl-ewwel minuta tal-ħin barrani, huma skorjaw il-goal tar-rebħa meta għal darb’oħra, Guehi xeħet għan-nofs bir-ras fejn HARRY KANE ġie bil-ġirja u bir-ras tefa’ fix-xibka biex issa l-Ingliżi jilagħbu kontra l-Isvizzera.

Euro 2024: L-Ingilterra kellhom jitħabtu kontra s-Slovakkja

INGILTERRA………………………….. 2

SLOVAKKJA …………………………. 1

Ekonomija

Sport