Saturday, May 18, 2024

Euro 2024: Luciano Spalletti b’diversi plejers imweġġgħin

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Luciano Spalletti għandu biċċa uġigħ ta’ ras hekk kif tliet plejers li kellu f’moħħu li jsejjaħ iġifieri Davide Calabria, Rafael Toloi u Alex Meret weġġgħu waqt il-logħba ta’ tmiem din il-ġimgħa fis-serie A u mhux se jkunu jistgħu jingħaqdu mal-iskwadra Azzurra.

Barra minn hekk, Spalletti se jkollu jgħaddi mingħajr Giovanni Di Lorenzo li jinsab sospiż u għalhekk għandu nuqqas ieħor f’nofs il-grawnd.

Spalletti qed jittama li l-plejers li sejjaħ ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa tagħhom sabiex jiksbu l-kwalifikazzjoni għal EURO 2024. L-Italja tilgħab kontra l-Ukrajna u l-Maċedonja ta’ Fuq il-ġimgħa d-dieħla.

Sport