Manuel Locatelli ġie djanjostikat b’kustilja miksura u rtira mill-iskwadra tal-Italja, iżda huwa wkoll dubju kbir li jilgħab ma’ Juventus kontra Inter.
It-team Taljan qed jipprepara għaż-żewġ partiti kruċjali ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq nhar il-Ġimgħa f’Ruma, imbagħad fil-ground newtrali ta’ Leverkusen mal-Ukrajna nhar it-Tnejn li ġej.
Il-midfielder formalment ħareġ mill-grupp fil-ground tat-taħriġ f’Coverciano u ntbagħat id-dar f’Turin mill-coach Luciano Spalletti.
“F’dak li kien perjodu pożittiv ħafna, irrid naċċetta din l-injury,” kiteb Locatelli fuq Instagram.
“Li tkun imġiegħel titlef dawn il-partiti deċiżivi tweġġa’ aktar. Nipprova nerġa’ lura kemm jista’ jkun malajr.”
It-testijiet fil-kamp tal-Italja wrew ksur żgħir fl-10 kustilja.
Il-media Taljana rraportat li filwaqt li din mhix injury perikoluża, hija waħda ta’ wġigħ kbir, li tagħmilha diffiċli biex tirkupra malajr.
Huwa jista’ jiġi sfurzat jilgħab bl-għajnuna ta’ injezzjonijiet li joqtlu l-uġigħ.
Dan ifisser li Locatelli jinsab fid-dubju għall-konfront tas-Serie A tas-26 ta’ Novembru bejn Juventus u Inter fl-Allianz Stadium ta’ Turin.
Juve diġà għandhom nuqqas ta’players f’nofs il-ground, hekk kif Nicolò Fagioli u Paul Pogba huma sospiżi minħabba kwistjonijiet barra l-ground.