Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: Spanja jagħtu sebgħa lil Georgia

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ħames ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-unuri jmorru għand Spanja hekk kif barra minn darhom għelbu lil Georgia bl-iskor ta’ 7-1.    

Grupp A – Spanja kisbu l-akbar rebħa tal-ġurnata meta b’goleada umiljaw lil Georgia bl-iskor ta’ 7-1. B’din ir-rebħa l-Ispanjoli telgħu fit-tieni post tal-klassika. 

L-eroj kien il-veteran, Alvaro Morata (22, 40, 65) li  rreġistra trippletta bl-erba’ goals l-oħra jaslu minn auto-goal ta’ Solomon Kvirkvelia (27), Dani Olmo (38), Nico Williams (68) u Lamine Yamal (74). Giorgi Chakvetadze (49) skorja l-uniku goal tat-team ospitu.

L-Iskozja saħħew l-ewwel post meta marru f’Ċipru u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Scott McTominay (6), Ryan Porteous (16) u John McGinn (30).  

Grupp D – Il-Kroazja kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 biex issa jinsabu f’pożizzjoni ideali li anke jirbħu l-grupp.  Il-protagonista kien Bruno Petkovic (3, 44) li skorja doppjetta filwaqt li l-goals l-oħra waslu minn Luka Ivanusec (13), Andrej Kramaric (68) u Mario Pasalic (78).

F’konfront dirett, it-Turkija u l-Armenja spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex it-Torok telgħu f’ras il-klassifika. Artak Dashyan (49) fetaħ l-iskor għall-Armenja iżda Bertug Ozgur (88) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Grupp J – Bosnia laqgħu lil Liechtenstein u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1, b’goals minn Edin Dzeko (3) u auto-goal ta’ Simon Luchinger (18) filwaqt li Sandro Wolfinger (21) naqqas il-marġni għall-viżitaturi. 

Il-Portugall kellhom jitħabtu biex barra minn darhom għelbu lis-Slovakkja 1-0, b’goal ta’ Bruno Fernandes (43).

Ekonomija

Sport