Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: Spanja jħallu barra lill-istilla tal-futur Pau Cubarsi

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ 17-il sena ta’ Barcelona, Pau Cubarsi, tħalla barra mill-iskwadra finali ta’ Spanja għall-Euro 2024.

Il-midfielders Marcos Llorente u Aleix Garcia ta’ Atletico Madrid u Girona rispettivament tilfu posthom ukoll wara li Luis de la Fuente naqqas l-iskwadra proviżorja tiegħu għal 26.

L-eks attakkant ta’ Newcastle u Leicester City, Ayoze Perez, li skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu nhar l-Erbgħa, se jivvjaġġa għall-Ġermanja.

Il-players tal-Premier League huma l-midfielder ta’ Manchester City, Rodri, id-difensur ta’ Chelsea, Marc Cucurella, u l-goalkeeper ta’ Arsenal, David Raya.

Ilbieraħ Spanja ffaċċjat lill-Irlanda ta’ Fuq f’partita finali ta’ ħbiberija qabel ma jibdew il-kampanja tagħhom fil-Euro 2024 fil-15 ta’ Ġunju kontra l-Kroazja.

Huma se jiltaqgħu wkoll mal-Italja u mal-Albanija meta jinsabu fi Grupp B.

L-iskwadra kollha Spanjola hija:

Goalkeepers: Unai Simon (Athletic Bilbao), Alex Remiro (Real Sociedad), David Raya (Arsenal).

Difensuri: Dani Carvajal, Nacho Fernandez (Real Madrid), Jesus Navas (Sevilla), Aymeric Laporte (Al-Nassr), Robin Le Normand (Real Sociedad), Dani Vivian (Athletic Bilbao), Alex Grimaldo (Bayer Leverkusen), Marc Cucurella (Chelsea)

Midfielders: Rodri (Man City), Martin Zubimendi, Mikel Merino (Real Sociedad), Fabian Ruiz (Paris St-Germain), Pedri, Fermin Lopez (Barcelona), Alex Baena (Villarreal).

Attakkanti: Alvaro Morata (Atletico Mad­rid), Joselu (Real Madrid), Dani Olmo (RB Leipzig), Nico Williams (Athletic Bilbao), Mikel Oyarzabal (Real Sociedad), Ayoze Perez (Real Betis), Ferran Torres, Lamine Yamal (Barcelona).

Ekonomija

Sport