Thursday, June 27, 2024

Euro 2024: Spanja mal-Aħħar 16 b’wirja dominanti

Aqra wkoll

Spanja ……..1

Italja ……….0

Spanja għaddew għall-Aħħar 16 tal-Euro 2024 meta, b’tagħlima ta’ football, għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 1-0.

Dan il-konfront ippreżenta sfida bejn il-veloċitá żagħżugħa Spanjola u d-dixxiplina difensiva Taljana. L-Ispanjoli lagħbu b’intensitá u dominanza iżda sabu ħajt solidu quddiemhom … li eventwalment iġ­ġarraf wara assedju ta’ attakki.

Appena għaddew 90 sekondi, Spanja fallew ċans tad-deheb meta Nico Williams xeħet cross fejn sab lil Pedri li minn taħt il-lasti ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper, Gianluigi Donna­rumma, biex evita goal ċert.

Fil-ħames minuta, l-is­tess Williams, qabeż lil Alessandro Bastoni, daħal fil-kaxxa iżda ġie antiċipat fil-ħin biex seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.

Fl-10 minuta, kien imiss lil Williams li jagħmel l-impossibbli meta mill-cross ta’ Alvaro Morata, minn żewġ metri bogħod, xeħet barra meta Donnarumma nqabad fuq sieq waħda.

Fil-veritá, sa dak il-ħin, Spanja kellhom ikunu fil- vantaġġ ta’ żewġ goals!!

Fl-24 minuta, Spanja reġgħu heddew meta xogħol tajjeb ta’ Lamine Yamal spiċ­ċa biex Morata ħa l-ballun iżda iġġenneb wisq biex seta’ jiskorja.

U minuta wara, Donnarumma wettaq save spettakolari minn kanunata ta’ Fabian Ruiz minn 35 metru bogħod.

Fl-40 minuta, Morata rċieva l-ballun fi tliet kwarti ta’ ground, isserrep ma’ żewġ difensuri avversarji u ħalla l-ballun lil Ruiz li x-xutt minn tarf il-kaxxa ġie salvat minn Donnarumma.

Fil-51 minuta, Spanja reġgħu resqu viċin meta Williams għadda lejn Marc Cucurella li xeħet lejn l-iż­markat Pedri li għal darb’oħra naqas li jikkonkludi minn pożizzjoni ferm ideali hekk kif id-difiża Taljana nqabdet statika.

Erba’ minuti wara, sa fl-aħħar il-pressjoni Spanjola ħalliet il-frott … iżda l-goal wasal minn auto-goal ta’ Riccardo Calafiori wara az­zjoni bi dribbling fin ta’ Williams qabel ma xeħet cross insidjuż li ħabat mad-di­fensur Taljan u spiċċa fix-xib­ka.

Fis-60 minuta, minn az­zjoni ta’ corner, Andrea Cambiaso qala’ d-daqqa ta’ ras ta’ Robin Le Normand minn fuq il-linja fatali biex it-Taljani ħelsuha ħafif.

Minuta wara, Lamine għe­leb lil Donnarumma b’xutt imdawwar iżda l-ballun għadda jħakkek mal- mimduda. Fis-70 minuta, Williams ukoll għeleb lill- goalkeeper Tal­jan iżda ġie mċaħħad mill-mimduda.

Fil-ħin miżjud, Donnarumma wettaq żewġ super saves fuq is-sostitut Ayoze Perez.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport