Saturday, November 23, 2024

Euro 2024: Yamal ma jistax jilgħab fil-ħin barrani tal-finali

Aqra wkoll

Il-player żagħżugħ sensazzjonali ta’ Spanja, Lamine Yamal (ritratt), li pro­prju lbie­raħ għalaq 17-il sena, illum se jkun projbit mil­li jkompli jilgħab jekk il-finali tal-Euro 2024 kontra l-Ingilterra tmur fil-ħin barrani.

Dan minħabba li l-liġijiet fil-Ġermanja jistipulaw li żgħażagħ taħt it-18-il sena ma jistgħux jaħdmu wara l-11.00 pm.

Minħabba l-fatt li l-finali se tibda fid-9.00 pm, hija tintemm ftit qabel il-ħin tal-11.00 pm minħabba l-kwarta tal-mistrieħ u l-minuti mogħtijin żejda … li jġebbdu sagħtejn. 

Yamal huwa kkunsidrat ħaddiem bħal kull player ieħor li qed jieħu sehem f’dan it-tournament. Anke jekk huwa rreġistrat fi Spanja, il-pajjiż tal-Ġermanja jieħu inkonsiderazzjoni li l-liġijiet iridu jiġu applikati u rrispettati rrispettivament x’ikun l-avveniment.

Jekk min-naħa l-oħra Spanja, li huma konxji ta’ dawn il-liġijiet, iħallu lil Yamal fil-ground huma jiġu mmultati €30,000 u jistgħu wkoll jiffaċċjaw sospensjoni.

S’issa Yamal huwa meqjus bħala l-aqwa player tat-tournament u għaldaqstant il-partitarji tal-Ingilterra qed jittamaw li l-awtoritajiet jinforzaw il-liġi fuq din l-istilla perikoluża ta’ Barcelona.

Il-ġmiel ta’ goal li skorja fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Franza, fis-semi-finali, meta minn tliet kwarti ta’ ground dawwar il-ballun għal ġor-rokna tas-saqaf tax-xibka, għen lil pajjiżu jikkwalifika għall-finali (tal-lum) kif ukoll  niżżel ismu fl-istorja tal-Kampjonat Ewropew bħala l-iżgħar skorer, fl-etá ta’ 16-il sena u 361 jum. 

Trejdjunjonista Ġermaniż u espert legali kkonferma li Yamal għandu jiġi sottoskritt wara d-90 minuta tal-logħba jekk tmur fil-ħin barrani.

Lukas Frew, mill-għaqda Ġermaniża Verdi, qal: “Hemm eċċezzjonijiet għal żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena iżda, teoretikament, anki f’dak il-każ ma jitħallewx jaħ­dmu wara l-11.00 pm.”

L-Avukat Jonas Warnken, li huwa espert fil-liġijiet tal-impjiegi, qal: “Yamal jista’ jilgħab biss sal-11.00 pm.” Huwa żied jgħid li multa għal ksur ta’ din il-liġi hija improbabbli iżda Spanja jistgħu jbatu l-konsegwenzi.

Sport