Monday, November 4, 2024

Euros: Il-captains biss se jitħallew ikellmu lir-referees

Aqra wkoll

Il-UEFA qalet lit-timijiet tal-Euro 2024 li l-captains biss se jitħallew javviċinaw lir-referees biex jitkellmu dwar deċiżjoni­jiet meħuda waqt il-logħob u players oħra li jagħmlu dan jirriskjaw li jiġu ammoniti.

Il-mossa tal-korp governattiv tal-football Ewropew hija biex jipprova jwaqqfu gruppi ta’ players li “jdawru” lir-referees f’xeni li huma “ħażin għall-immaġni tal-football”.

“Fi sforz biex intejbu l-istatus quo aħna rridu li r-referees jispjegaw aktar id-deċiżjonijiet tagħhom lit-timijiet kollha li qed jikkompetu fit-tournament tal-Euro 2024 li ġej,” qal Roberto Rosetti, id-direttur maniġerjali tar-refereeing tal-UEFA.

“Kif se nagħmlu dan? L-idea hija sempliċi: nitolbu li t-timijiet kollha jiżguraw li l-captain tagħhom ikun l-uniku player li jitkellem mar-referee.

“Aħna nitolbu lill-captains biex jiżguraw li sħabhom ma jersqux u jdawru lir-referee, u nħallu li jsiru konversazzjonijiet diretti sabiex id-deċiżjoni tiġi trasmessa f’waqtha u b’rispett.”

L-inizjattiva tal-UEFA ssegwi l-leġislaturi tal-football, l-International Football Association Board (IFAB), li ħabbru provi aktar kmieni din is-sena li kienu jinkludu biss captain ta’ team li jkun jista’ javviċina refe­ree f’ċerti sitwazzjonijiet.

“Kull sieħeb li jinjora r-rwol tal-captain tiegħu u/jew li jersaq lejn ir-referee u juri xi sinjal ta’ nuqqas ta’ rispett jew nuqqas ta’ qbil se jintwera karta safra,” żied jgħid Rosetti.

“Ovvjament, jekk il-captain ikun goalkeeper, ikun hemm bżonn li jkun nominat player ieħor li jista’ jaqdi dan ir-rwol jekk iseħħ inċident fin-naħa opposta tal-ground.

Sport