Sunday, August 2, 2026
Home Internazzjonali Evekwati aktar minn żewġ miljun persuni wara għargħar kbir li qered diversi...

Evekwati aktar minn żewġ miljun persuni wara għargħar kbir li qered diversi żoni fiċ-Ċina

0
13

It-tieni tifun f’ġimgħa. Żoni miċ-Ċina qegħdin jesperjenzaw għargħar kbir fejn mill-inqas żewġ miljun persuna kellhom jiġu evekwati.

It-tifun “Bavi” qiegħed jolqot żona ta’ 1,000 kilometru u kawża ta’ dan qiegħed iħalli ħerba sħiħa minn kull fejn jgħaddi. Nhar is-Sibt li għadda l-ewwel żoni li ntlaqtu kienu n-naħat tal-belt ta’ Taizhou u aktar ma beda jgħaddi l-ħin aktar beda jolqot aktar postijiet.

Ritratti u filmati li qegħdin fuq il-midja soċjali juru ħerba sħiħa, toroq li spiċċaw xmajjar u nies jibku wara li tilfu kulma kellhom. L-awtoritajiet Ċiniżi kienu ilhom li ħarġu twissijiet liċ-ċittadini biex kulħadd jitlaq minn daru, iżda eluf kbar ta’ persuni għażlu li jinjoraw l-istess twissijiet u baqgħu fir-residenzi.

Il-membru tas-salvataġġ Ċiniżi għaddejjin fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw kemm jista’ jkun persuni fosthom dawk li nqabdu fi djarhom u anke persuni li nġarru mill-ilmijiet kbar li kien hemm.

Skont it-tbassir tat-temp, il-maltemp fis-sigħat li ġejjin se jkun qiegħed jimxi lejn il-Lvant ta’ Anhui u lejn il-baħar l-Isfar.

Il-Gvern Ċiniż qal li f’Zhejiang u provinċji oħrajn fil-qrib, ġew evakwati aktar minn 1.7 miljun persuna li kollha qegħdin jingħataw kenn f’postijiet apposta li tħejjew mill-awtoritajiet.

Ġie ordnat ukoll li l-iskejjel jingħalqu kollha, ħadd ma jmur għax-xogħol kif ukoll kull attivitajiet li kienu ppjanti jitħassru. Aktar minn hekk, madwar 400 titjira li kellha tasal jew titlaq mill-provinċja bejn is-Sibt u l-Ħadd kellha titħassar.

Fil-belt ta’ Wenzhou matul il-ġurnata tal-bieraħ bdew aktar evakwazzjonijiet. Hu stmat li f’din il-belt hemm jgħixu madwar għaxar miljun persuna. It-tħassib tal-membri tas-salvataġġ hu fejn se jibagħtu lil dawn il-miljuni kollha ta’ nies u aktar minn hekk kemm se ddum biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal wara li jgħaddi l-maltemp.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here