“Luigia kienet tħobb lill-persuna żbaljata… Ħallset prezz għoli wisq għal dik l-imħabba.” Hekk stqarrew familjari ta’ Luigia, omm ta’ 33 sena li nqatlet minn missier binha b’daqqiet ta’ sikkina.
Kienet tgħix Loreto f’appartament żgħir flimkien ma’ binha ta’ 7 snin. Kienet taħdem f’restorant biex tkun tista’ tgħix hi u binha u anke sabet xogħol f’fabbrika.
Iżda l-eks sieħeb tagħha, Tuneżin ta’ 35 sena qatt m’aċċetta li hi kienet temmet ir-relazzjoni minn miegħu. Nhar is-Sibt filgħaxija l-eks sieħeb mar fl-appartament tagħha “biex jara lit-tifel”. Qallha li jew terġa’ tibda relazzjoni miegħu jew kien se jaħrab bit-tifel.
Kien hawn li qam argument bejn il-vittma u t-Tuneżin fejn dan tal-aħħar qabad sikkina mill-kċina u beda jagħtiha bl-addoċċ. X’ħin induna li kienet mejta ħareġ fit-triq mimli demm jgħajat “qtilha, qtilha”. Hu ġie arrestat fuq il-post stess hekk kif il-ġirien ċemplu lill-pulizija.
Lill-pulizija, hekk kif arrestawh qallhom “rovinatli ħajti… Ħaditli kollox anke lil ibni… qtiltha”