Tuesday, November 26, 2024

Everton jitnaqqsulhom 10 punti wara li kisru r-regoli tas-sostenibbiltà

Aqra wkoll

Everton tnaqqsulhom 10 punt b’mod immedjat wara li nstabu  ħatja li kisru r-regoli tal-profitt u s-sostenibbiltà tal-Premier League.

Din il-piena hija l-akbar sanzjoni sportiva fl-istorja tal-kompetizzjoni u tħalli lil Everton fid-19-il post tal-klassifika b’total ta’ erba’ punti. 

Il-club qal li kien “kemm ixxukkjat kif ukoll diżappuntat” bis-sentenza “għal kollox sproporzjonata u inġusta”.

Everton qalu li beħsiebhom jappellaw minn din id-deċiżjoni.

Il-Premier League irrefera lil Everton lill-Kummissjoni Indipendenti f’Marzu iżda ma żvelax l-ispeċifiċitajiet tal-allegat ksur tal-club.

Everton irreġistraw telf finanzjarju għall-ħames sena konsekuttiva f’Marzu wara li rrapportaw defiċit ta’ £44.7 miljuni fl-2021-22.

Il-clubs tal-Premier League huma permessi li jitilfu £105 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin u Everton ammettew li kisru r-regoli tal-profitt u s-sostenibbiltà (PSR) għall-perjodu li jintemm 2021-22.

Wara seduta ta’ ħamest ijiem f’Ottubru li għadda, il-kummissjoni sabet favur il-Premier League li t-telf ta’ Everton matul dak il-perjodu kien jammonta għal £124.5m.

Sport