Sunday, December 22, 2024

Everton u Nottingham F. akkużati bi ksur tar-regoli finanzjarji

Aqra wkoll

Il-clubs tal-Premier League huma permessi li jitilfu massimu ta’ £105 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin (£35 miljun kull staġun). Everton tnaqqsulhom 10 punti f’Novembru minħabba ksur tar-regoli tal-profitt u s-sostenibbiltà, li l-club qed jappella.

F’Novembru, Everton tnaqqsulhom 10 punti – l-akbar sanzjoni fl-istorja tal-Premier League – għal ksur tar-Regoli ta’ Qligħ u Sostenibbiltà (PSR). Il-club qed jappella kontra l-kastig tagħhom.

Bi tweġiba għall-aħħar akkuża, Everton ikkritikaw “defiċjenza ċara fir-regoli tal-Premier League”.

L-istqarrija tagħhom kienet tgħid: “Il-Premier League m’għandux linji gwida li jipprevjenu club li jiġi sanzjonat għal allegat ksur f’perjodi finanzjarji li diġà kienu suġġetti għal kastig, b’differenza minn korpi gover­nattivi oħra, inkluż l-English Football League.

“B’konsegwenza ta’ dan – u minħabba l-impenn ġdid tal-Premier League li jittratta materji bħal dawn “fl-istaġun” – il-club jinsab f’pożizzjoni fejn ma kellu l-ebda għażla ħlief li jissottometti kalkolu tal-PSR li jibqa’ suġġett għal tibdil, sakemm isir ir-riżultat tal-appell.

“Il-club issa jrid jiddefendi ilment ieħor tal-Premier League li jinkludi l-istess perjodi finanzjarji li għalihom diġà ġie sanzjonat, qabel ma jkun instema’ dak l-appell. 

“Il-club huwa tal-fehma li dan jirriżulta minn defiċjenza ċara fir-regoli tal-Premier League.

“Everton nistgħu nassiguraw lill-partitarji tagħna li se nkomplu niddefendu l-pożiz­zjoni tagħna matul l-appell li għaddej u, jekk ikun meħtieġ li nagħmlu dan, fi kwalunkwe kummissjoni futura – u li l-impatt fuq il-partitarji se jkun rifless bħala parti minn dak il-proċess.”

Intant, Nottingham Forest qalu li beħsiebhom “ikomplu jikkoperaw bis-sħiħ mal-Premier League f’din il-kwistjoni u huma kunfidenti ta’ riżoluzzjoni rapida u ġusta.”

Fl-eħfef termini, meta kull club tal-Premier League juri l-kontijiet annwali tiegħu, jista’ ikun għamel telf ta’ mhux aktar minn £105 miljun matul it-tliet staġuni preċedenti.

Il-clubs jistgħu jitilfu biss £15-il miljun minn flushom stess matul dawk it-tliet snin. Allura dan mhux aktar minn £15-il miljun żejda fuq ħruġ bħal ħlasijiet ta’ trasferiment, pagi tal-players u, f’ħafna każijiet ta’ clubs, ħlas ta’ ex managers meta mqabbel mad-dħul tagħhom minn pagamenti tat-TV, biljetti tal-istaġun, bejgħ ta’ players eċċ.

Id-£90 miljun l-oħra ta’ kwalunkwe £105 miljun għandhom ikunu garantiti mis-si­dien tagħhom li jixtru l-ishma, magħrufa bħala ‘finanzjament sikur’, u essenzjalment tfisser bankrolling tal-club.

Ekonomija

1 kumment

  1. Il lum qeghdin f’Jannar jew f’April.Dan ghax smajt lisbah cajta tas seklu minn Bernard Grech.Qal lil LABURISTI biex jivvotaw ghall pn.Bdin il persuna irid imexxi u jirbah il pn.

Comments are closed.

Sport