Wednesday, April 24, 2024

F1: Aston Martin mhux se jappellaw il-penalitá ta’ Fernando Alonso

Aqra wkoll

Aston Martin mhux se jappellaw il-pe­nalitá kontra Fernando Alonso fil-Grand Prix tal-Awstralja ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet għal sewqan “potenzjalment perikoluż”.

Iċ-champion tad-dinja darbtejn ingħata penalitá ta’ 20 sekonda li niżżlu mis-sitt post għat-tmien post f’Melbourne.

Huwa ibbrejkja b’mod mhux tas-soltu kmieni fis-sitt dawra f’Albert Park fl-aħħar dawra u s-sewwieq tal-Mercedes, George Russell, li kien qed isegwih mill-viċin, sofra aċċident ikrah.

Il-kap ta’ Aston Martin, Mike Krack, qal li t-team kellu “jaċċetta d-deċiżjoni”.

“Irrid li tkunu tafu li aħna nappoġġjaw bis-sħiħ lil Fernando,” qal Krack f’messaġġ lill-partitarji fuq il-midja soċjali.

“Li tirċievi penali ta’ 20 sekonda meta ma kienx hemm kuntatt mal-karozza sussegwenti, kienet pillola morra għalina, iżda rridu naċċettaw id-deċiżjoni.”

Wara t-tiġrija Alonso, ta’ 42 sena, qal lill-istewards li kien “ġabha kemmxejn ħa­żin”, iżda iktar tard qal fuq il-midja soċjali li kien “sorpriż” bid-deċiżjoni.

Il-Brittaniku Russell ta’ 26 sena tilef il-kontroll u spiċċa bil-karozza tiegħu fuq il-ġenb tagħha f’nofs il-korsa, u dan wassal biex it-tiġrija tispiċċa taħt safety car virtwali.

Krack qal li Alonso kien qed “juża kull mezz fil-kaxxa tal-għodda tiegħu” biex spiċċa qabel Russell u qal li l-Ispanjol “qatt ma kien se jpoġġi lil ħadd fil-periklu”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport