Thursday, April 25, 2024

Maurizio Sarri jirrifjuta lil Nottingham Forest

Aqra wkoll

L-eks manager ta’ Chelsea, Maurizio Sarri, irrifjuta offerta mill-club tal-Premier League, Nottingham Forest, biex jieħu post il-Portugiż, Nuno Espirito Santo.

Forest kienu offrew lit-Taljan kuntratt ta’ tliet snin biex jieħu f’idejh immedjatament it-tmexxija tat-team.

Madankollu, Sarri jingħad li qed jippjana ritorn għall-football fis-sajf u għalhekk irrifjuta l-offerta.

Il-coach ta’ 65 sena, li kien għamel isem ma’ Napoli qabel ingħaqad ma’ Chelsea, ħalla lil Lazio aktar kmieni din is-sena, u fl-istaġun li għadda ggwidahom għat-tieni post fis-Serie A.

Forest, li bħalissa qed jappellaw it-tnaqqis ta’ erba’ punti li ngħataw mill-Premier League, instabu ħatja li kisru r-regoli ta’ Profitabbiltà u s-Sostenibbiltà wara d-deċiżjoni tagħhom li jdewmu l-bejgħ ta’ Brennan Johnson fi ftehim ta’ £47.5 miljuni lil Tottenham is-sena l-oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport