Sunday, November 24, 2024

F1: Il-mara li lmentat dwar l-imġieba ta’ Horner hija mbeżża’ u intimidata

Aqra wkoll

Il-mara li lmentat dwar l-imġieba tal-kap tat-team tar-Red Bull, Christian Horner, tħossha “irrabjata, mbeżża’, intimidata u solitarja”, qalet ħabiba tal-familja.

Il-mara ressqet l-ilment tagħha f’Diċembru li għada li kien fih allegazzjonijiet ta’ mġieba mhux xierqa, abbużiva u fastidju sesswali minn Horner.

Hija “qed tissielet biex tifhem” kif Red Bull ċaħdu l-ilment wara investigazzjoni, żiedet tgħid il-ħabiba.

CHRISTIAN Horner  dejjem ċaħad l-akkużi

Ir-Red Bull ċaħdu l-ilment fit-28 ta’ Frar wara investigazzjoni interna u ħelsu lil Horner, ta’ 50 sena, minn kull imġieba ħażina.

S’issa, l-ilment kien deskritt bħala wieħed ta’ mġieba mhux xierqa u ta’ kontroll. Ir-Red Bull qalu li ma setgħux jikkonfermaw li kienet tinkludi wkoll allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali, iżda allegatament jista’ jkun hemm evidenza f’dan is- sens.

Il-mara ma tistax titkellem dwar l-akkużi tagħha, wara li ffirmat ftehim legali li ma tiddiskutix il-kwistjoni ma’ ħaddieħor minbarra mis­sierha u ħuha.

“Huwa impossibbli għan-nies jifhmu lil din il-persuna,” qalet il-ħabiba.“Ma tistax titkellem u mhux se titkellem.

“Imma nista’ ngħid x’qed tagħmel din il-mara. Kull darba li staqsejtha xi ħaġa, tinfaqa’ tibki u tgħid li m’għandhiex lil min tkellem għax m’għandhiex permess titkellem.

“Hija mdejqa ħafna, rrabjata ħafna, tibża’ ħafna, intimidata ħafna, solitarja ħafna. U naħseb li huwa impossibbli għan-nies jifhmu mingħajr ma jkunu fiż-żarbun tagħha.”

Kelliem għar-Red Bull qal li: “Iż-żewġ partijiet iffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità dwaru sabiex it-  tnejn ma jistgħux jiddiskutuh.”

It-tnixxija tal-messaġġi

L-għada li l-ilment ġie miċħud, patafjun ta’ messaġġi li kienu jsos­tnu li jinvolvu lil Horner inħarġu lil kważi 150 uffiċjal tal-F1 u lill-media.

Il-ġimgħa ta’ wara, il-mara li ressqet l-ilment ġiet sospiża mir-Red Bull.

Horner iddeskriva dawn il-messaġġi bħala “messaġġi anonimi u spekulattivi minn sors mhux magħ­ruf” u rrifjuta li jikkummenta dwar il-kontenut tiegħu.

Iżda fil-veritá ma ġiex verifikat jekk il-messaġġi humiex ġenwini, u tentattivi fil-bidu ta’ Marzu biex jitolbu lil Horner biex jikkonferma dan, ġew miċħuda minn kelliem tar-Red Bull.

Madankollu, il-ħabiba ssostni li l-messaġġi kienu skambji ġenwini bejn Horner u l-istess mara.

Il-ħabiba qalet: “Ilkoll nistgħu naqraw il-WhatsApps u kulħadd jista’ jasal għall-konklużjoni tiegħu jekk dik kinitx relazzjoni xierqa bejn CEO u PA.

“Kif qal Christian, irid ifassal linja taħt dan. Tajjeb, jekk dan kien proċess ġust u indipendenti u ma nstab l-ebda att ħażin … allura għa­liex dan mhux qed jitressaq b’mod trasparenti u għaliex Christian mhux qed jiċħad li dawk il-WhatsApps huma reali?

“Dan huwa inġust. Dan qed jipprova jiddevja. Il-kwistjoni hawnhekk hija, kellu Christian jagħmel dak li għamel bħala CEO?”

Ir-Red Bull qalu li ma jistgħux jikkummentaw aktar dwar ir-rapport u s-sejbiet tiegħu minħabba kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità rigward il-liġi tax-xogħol.

IXXUKKJATA IŻDA MHUX SORPRIŻA

“Huwa xokkanti iżda mhux sorpriża kemm il-kwistjoni hija mqal­lba”

Il-ħabiba qalet li l-mara intlaqtet ħażin mir-risposta tar-Red Bull għall-ilment tagħha.

“Tbati biex tifhem kif, minħabba l-informazzjoni, proċess indipen­denti seta’ wasal għall-konklużjonijiet li għandu, u l-azzjonijiet li segwew,” qalet il-ħabiba tagħha.

“Huwa xokkanti iżda mhux sorpriża kemm din il-kwistjoni hija mqallba. Kien hemm bosta offerti finanzjarji biex tbigħ l-istorja tagħha, li l-ebda waħda minnhom ma kellha xi interess anke li tidħol fiha.

“Il-fatt li ma tistax titkellem ma’ sħabha, hija permessa biss li titkellem mal-membri diretti tagħha tal-familja … għandek mara waħda li segwiet il-proċess it-tajjeb u tħoss li ma nstemgħetx biżżejjed  u kien proċess totalment inġust.

“Jeħtieġ mara pjuttost kuraġġuża biex tagħmel dak li għamlet. U sfortunatament tinsab fi stat ħażin ħafna.”

Hija appellat mid-deċiżjoni tar-Red Bull u għamlet lill-korp governattiv tal-Formula Wieħed, konxju tas-sitwazzjoni u ġie mitlub biex jinvestiga.

Il-ħabiba żiedet tgħid: “Huwa reġistrat biex tmur fi tribunal tax- xogħol, li huwa pubbliku. Bħala ħabiba, nista’ ngħidlek li nassumi li Horner, bħalma għamel f’kull pass, se jagħmel dak kollu li jista’ biex jagħmel żgur li t-tribunal tal-im­pjegati ma jkunx pubbliku.

“Sfortunatament, id-data hija ‘l bogħod. Hija ġiet mhedda b’passi legali f’kull pass tal-proċess, kif għamlet il-media.”

“Hija issa ġiet sospiża u huwa ċar li r-Red Bull jinsabu fi proċess biex eventwalment ikeċċuha.”

Kelliem għar-Red Bull qal: “Christian ma ppruvax biex jiżgura li t-tribunal tal-impjieg ikun privat. U ma ġietx sospiż bl-intenzjoni li jitkeċċa.”

Hija determinata li toħroġ il-verità

Il-mara se tibqa’ ssegwi l-każ. Il- ħabiba tagħha qalet:

“Hija determinata li toħroġ il-verità,” qalet. “Hija trid biss taħdem fl-isport u hija mħassba ħafna dwar ir-reputazzjoni tagħha.”

“Ilha ħajjitha kollha fil-motorsport, allura min-naħa hija mħassba ħafna u tibża’ għall-futur tagħha, min-naħa l-oħra tinsab determinata ħafna biex toħroġ il-verità.”

“Minħabba li ma tistax titkellem ma’ sħabha fil-miftuħ, naħseb li l-mara għandha din il-biża’ u t-tħassib kollha amalgmati li mhix kapaċi tikkomunika fil-miftuħ ma’ sħabha u l-familja tagħha biex tingħata appoġġ u pariri għax qed tirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet li jku­nu tqiegħdu fuqha.

“Huwa pjuttost ċar li ma setgħetx tgħid kelma jew saħansitra tidentifika lilha nnifisha u madankollu Christian kapaċi jagħti biżżejjed informazzjoni għax għandu pożiz­zjoni ta’ poter u influwenza biex effettivament jagħti n-naħa tiegħu tal-istorja … hekk kif hija ġiet kompletament imsikkta.

Sport