Wara nuqqas ta’ 26 sena, it-team tal-McLaren rebaħ il-kampjonat tal-kostrutturi meta l-Brittaniku, Lando Norris, rebaħ il-Grand Prix ta’ Abu Dhabi, fiċ-ċirkwit ta’ Yas Marina.
Bil-kampjonat tas-sewwieqa jkun diġá mirbuħ mill-Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, l-attenzjoni kienet fuq it-tliet timijiet, li kienu jinkludu lil Ferrari, min minnhom kien se jkun ir-rebbieħ.
Verstappen u l-Awstraljan, Oscar Piastri, ingħataw penalitá ta’ 10 sekondi kull wieħed wara li ħabtu f’xulxin fl-ewwel liwja tat-tiġrija. B’hekk McLaren kellhom jibdlu l-istrateġija tagħhom minħabba li ż-żewġ sewwieq tagħhom bdew fil-pole position.
Peró, Norris baqa’ jżomm il-vantaġġ sat-tmiem biex eventwalment it-team tiegħu rebaħ it-titlu.
Fit-tieni u fit-tielet postijiet daħlu ż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, l-Ispanjol Carlos Sainz u dak minn Monaco, Charles Leclerc, segwiti mill-Britanniku, Lewis Hamilton, li kien qed isuq għall-aħħar darba mal-Mercedes.
Fil-ħames u fis-sitt post temmew il-Brittaniku, George Russell (Mercedes) u Verstappen li matul il-ġimgħa kollha attakkaw lil xulxin minn tilwima li bdiet fil-Grand Prix tal-Qatar.
Klassifika (ta’ fuq): 437 – Max Verstappen; 374 – Lando Norris; 356 – Charles Lerclerc; 292 – Oscar Piastri; 290 – Carlos Sainz; 245 – George Russell; 223 – Lewis Hamilton.
Kostrutturi: 666 – McLaren; 652 – Ferrari; 589 – Red Bull; 468 – Mercedes; 94 – Aston Martin.