Sunday, December 22, 2024

F1: Max Verstappen fil-pole position tal-GP tal-Awstralja

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal- Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-pole position tal-Awstralja wara li kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali, fiċ-ċirkwit ta’ Albert Park Circuit fil-belt ta’ Melbourne.

Verstappen irreġistra ħin ta’ minuta u 15.915m biex għat-tielet darba konsekuttiva minn daqstant tiġrijiet se jibda mill-ewwel pożiz­zjoni.

Mit-tieni post se jibda l-Ispanjol tal-Ferrari, Carlos Sainz, segwit mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull), il-Britanniku Lando Norris (McLaren), is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u l-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren).

Is-sewwieq Britanniku tal-Mercedes, Lewis Hamilton, kompla jiddiżappunta hekk kif se jibda mill-għaxar post wara li ġie eliminati fit-tieni sessjoni ta’ dawn il-provi minħabba li naqas li jtejjeb il-ħin tiegħu.

Ekonomija

Sport