Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) għeleb lil dak ta’ Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) fl-isprint race biex rebaħ ukoll il-pole position tal-Grand Prix ta’ Miami, fl-Istati Uniti.
Fit-tielet pożizzjoni daħal il-Messikan, Sergio Perez (Red Bull) qabel Daniel Ricciardo (Honda) li kien segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u l-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren).
Dan ifisser li Verstappen kiseb is-sitt pole position minn daqstant tiġrijiet biex kompla juri l-potenzjal tiegħu. Barra minn hekk is-sewwieq Olandiż rebaħ ħames tiġrijiet bl-eċċezzjoni tal-Grand Prix tal-Awstralja li fiha kellu jirtira.