Monday, May 13, 2024

Real Madrid champions għas-36 darba

Aqra wkoll

Real Madrid ġew inkurunati champions ta’ La Liga għas-36 darba wara li Barcelona sofrew telfa ta’ 4-2 minn Girona.

It-team ta’ Carlo Ancelotti  għeleb lil Cadiz bl-iskor ta’ 3-0 li kien ifisser li Barcelona riedu rebħa bilfors fuq Girona.

Sal-mistrieħ il-Katalani kienu qed jirbħu 2-1, iżda tliet goals fit-tieni taqsima kienu Girona li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2 … li kien ifisser li Real Madrid ġew dikjarati champioins minħabba li ma jistgħux jintlaħqu.

Il-midfielder Ingliż Jude Bellingham kien strumentali fir-reba ta’ 3-0 tal-Madrileni.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena jingħaqad ma’ Laurie Cunningham (1979–80), Steve McManaman (2000–01 u 2002–03), David Beckham (2006-07) u Kieran Trippier (2020-21) bħala players Ingliżi li rebħu l-kampjonat Spanjol.

Los Blancos tilfu logħba waħda biss tal-kampjonat f’dan l-istaġun u potenzjalment jistgħu jtemmu b’99 punt … l-ogħla total fl-istorja tagħhom.

Barra minn hekk, dan huwa t-titlu ta’ Ancelotti ma’ Real bl-ieħor ikun fl-2021-2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport