Sunday, December 22, 2024

F1: Red Bull jissosopendu lill-impjegata femminili li akkużat lil Horner b’imġieba mhux xierqa

Aqra wkoll

Il-mara li akkużat lil Christian Horner b’imġieba mhux xierqa ġiet sospiża mir-Red Bull hekk kif il-kap tat-team tal-Formula Wieħed deher iħejji għall-Grand Prix ta’ nhar is-Sibt mingħajr il-mara tiegħu, Geri Halliwell.

Il-membru tal-istaff femminili akkużat lill-prinċipal tat-team tar-Red Bull b’‘imġieba ħażina’ – talba li ġiet investigata bir-reqqa f’inkjesta interna li saret mill-kumpanija prinċipali tat-team f’Salzburg, nhar l-Erbgħa li għadda.

Id-deċiżjoni li din il-mara ġiet sospiża mid-dmirijiet tagħha fil-fabbrika f’Milton Keynes hija riżultat dirett tas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-impjegata, li isimha mhux qed jixxandar, kienet għadha qed taħdem fi ħdan it-team sa din il-ġimgħa stess.

Kelliem għar-Red Bull qal: ‘Ma nistgħux nikkummentaw dwar kwistjoni ta’ impjegat intern.’

L-inkjesta semgħet 60 siegħa ta’ evidenza u laħqet il-qofol tagħha f’rapport ta’ 150 paġna mill-qorta ta’ Londra. Horner, ir-raġel ta’ 50 sena tal-eks Spice Girl, Geri Halliwell, jinsab fl-Arabja Sawdija għall-Grand Prix fejn mistenni li jiffaċċja lill-media aktar tard il-Ġimgħa. 

Huwa wiegħed li se jkompli bl-impjieg tiegħu, b’salarju ta’ £8 miljuni fis-sena, minkejja li l-ġimgħa li għaddiet ħarġet email li tat dettalji dwar allegatament skambji intimi bejnu u l-mara kkonċernata.

Ekonomija

Sport