Wednesday, July 24, 2024

FA Cup: Manchester Utd kellhom jitħabtu kontra Newport

Aqra wkoll

Meta kompla jintlagħab ir-raba’ round tal-FA Cup, Manchester United kel­lhom jitħabtu meta barra minn darhom għelbu lit-team ta’ League Two, bl-iskor ta’ 4-2.

Ir-Red Devils fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals kmien fil-partita minn Bruno Fernandes (7) u Kobbie Mai­noo (13) fejn taw l-impressjoni li kienu se jirbħu b’mod komdu.

Iżda żewġ goals minn Bryn Morris (36) u Will    Evans (47) daħħlu lil Newport fil-logħba.

Peró, kienu Antony (68) u Rasmus Hojlund (93) li taw rebħa lill-United.

West Brom v Wolves – Wolves marru għand ir-ri­vali West Brom u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

L-iskorers kienu Pedro Neto (38) u Matheus Cunha (78). Eżatt ma dan il-goal il-partita kellha titwaqqaf għal 38 minuta minħabba ġlied bejn il-partitarji opposti.

Watford v Southampton – Watford u Southampton se jerġgħu jiltaqgħu wara li temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Matheus Martins li wara ħames minuti fetaħ l-iskor għal Watford iżda Stuart Armstrong salva r- riżultat għas-Saints fl-aħħar minuta.

Liverpool v Norwich – Mingħajr wisq tbatija, Li­verpool għelbu lil Norwich bl-iskor ta’ 5-2 liema rebħa setgħet kienet ferm aktar  minħabba li ġew falluti bosta ċansijiet ta’ skor qud­diem il-lasti avversarji.

Il-goals waslu minn Curtis Jones (16), Darwin Nu­nez (28), Diogo Jota (53), Virgil van Dijk (63) u Ryan Gravenberch (93) filwaqt li Ben Gibson (22) u Borja Sainz (69) wieġbu għal Norwich.

Fulham v Newcastle – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, barra minn darhom Newcastle għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wie­ħed f’kull taqsima minn Sean Longstaff (39) u Dan Burn (61).

Ekonomija

Sport