Wednesday, July 24, 2024

Draw f’partita bilanċjata bejn Sliema W. u Birkirkara

Aqra wkoll

Sliema W. ……..0

Birkirkara ……..0

F’konfront ferm bilanċjat, Sliema Wanderers u Bir­kirkara temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Iż-żewġ timijiet kellhom il-waqtiet pożittivi tagħhom matul id-90 minuta, fejn madankollu jekk wieħed ikollu jieħu nota tal-aspett tattiku taż-żewġ timijiet, seta’ jinnota li Sliema kienu impostati aħjar, fejn għal Birkirkara, deher evidenti element nieqes bejn nofs il-ground u l-attakk, hekk kif kulma jmur kien qed jinħass in-nuqqas ta’ Yannick Yankam.

Rimarkabbli huwa l-fatt li dan il-konfront immarka wkoll konfront bejn mis­sier u iben, hekk kif il-coach ta’ Sliema Wanderers, Paul Zammit, affronta proprju lil ibnu u player ta’ Birkirkara, Andrea.

Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Sliema jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Geoffrey Edwin Achamepong approfitta minn indeċiżjoni tad-difesnur tal-Istripes, Alessandro Coppola, u kellu x-xutt tiegħu devjat f’corner mid-difiża ta’ Birkirkara. 

Birkirkara wieġbu fit-32 minuta meta Andrea Zammit kellu x-xutt kemmxejn fraġli li kien salvat min­għajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Ra­shed Al Tumi.

Dan sabiex ħames minuti wara l-istess Zammit reġa’ ttanta xortih minn pożizzjoni angolata kważi minn tarf il-kaxxa li iżda ntemm barra.

Fit-53 minuta, reġa’ kien Zammit li ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ġie salvat minn Al Tumi.

Fit-73 minuta, Birkirkara fallew ċans tad-deheb li jiskor­jaw il-goal tar-rebħa meta Zammit għadda taj­jeb lejn is-sostitut Andrei Cioalcu li dar tajjeb ma’ Al Tumi, iżda kellu l-konklużjoni mill-viċin tiegħu ġiet salvata kważi minn fuq il-linja fatali.

Sa tmiem il-partita l-iskor baqa’ ma nbidilx biex iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed.

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 10-Samuel Gomes Da Mata (7-Jake Engerer 82), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (8-Mark Scerri 82), 20-Denis Kouao, 31-Henrique Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 77-Abdullahi Awad (19-Danil Kondrakov 65)   – Coach: Paul Zammit

birkirkara: 1-Marcel Zapytwoski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (7-Adailton Queiroz De Jesus 86), 10-Andrea Zammit (20-Alex Satariano 86), 11-Kurt Zammit, 23-Edward Sarpong, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef (77-Ali Diakite 80), 27-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo, 91-Maxuell Maia (99-Andrei Ciolacu 62)   – Coach: Brian Chetcuti

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: S. Gomes Da Mata (S), E. Sarpong (B)

Ekonomija

Sport