Floriana …….…..2
Gzira United …..2
(Floriana 5-4 bil-penalties)
Floriana saru l-ewwel finalist tal-Izibet FA Trophy meta fis-semi-finali għelbu lil Gzira United 5-4 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ma nbidilx fil-ħin barrani.
Ta’ min jgħid li Floriana lagħbu b’żewġ players inqas għal kważi siegħa meta ntwerew il-karta l-ħamra.
Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Willis Furtado kellu xutt b’saħħtu jiġi mblukkat mill-goalkeeper Darijan Zarkov u mir-rebound Matheus De Sousa tefa’ ġewwa iżda l-goal ġie annullat minħabba pożizzjoni ta’ offside.
Peró żewġ minuti wara, il-Gżirjani fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jackson Mendoza, GABRIEL BOHRER MENTZ xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża.
Floriana wettqu reazzjoni tajba u fis-17-il minuta Alexandros Kouro venven xutt mid-distanza li iżda stampa mal-wieqfa.
Fis-36 minuta, Gzira rduppjaw meta għal darb’ oħra minn azzjoni ta’ corner, il-goalkeeper Nemanja Andrijanic, ippanċja l-ballun ‘il barra li ntemm għand ZACHARY CASSAR li venven kanunata minn barra l-kaxxa biex skorja wieħed mill-isbaħ goals tal-istaġun.
Madankollu eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Greens naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Kemar Reid, permezz ta’ daqqa ta’ ras b’lura MATIAS NICOLAS GARCIA għeleb lil Zarkov.
Fl-47 minuta, Zachary Scerri salva minn fuq il-linja fatal d-daqqa ta’ ras ta’ Kemar Reid bil-players ta’ Floriana jipprotestaw li l-ballun kien qabeż il-linja.
Iżda żewġ minuti wara, huma kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ KEMAR REID li kkonkluda mill-cross ta’ Luis Furtado.
Iżda mbagħad tkeċċewlhom żewġ players – fit-58 minuta, Nicolas Garcia ġie muri t-tieni karta safra u fit-72 minuta, Oualid El Hasni kkommetta foul ikrah fuq Jackson Mendoza.
Bl-iskor ma jinbidilx, il-partita kellha tmur għall-ħin barrani li fih l-ebda team ma skorja l-goal rebbieħ biex kellhom jingħataw il- penalties.
Għal Floriana skorjaw Veselji, Grech, Reid, Zammit Lonardelli u Andrijanic filwaqt li għal Gzira skorjaw Mentz, Mendoza, Silva, Espindola iżda falla Aldama.
floriana: 99-Nemanja Andrijanic, 4-Oualid Elhansi, 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (2-Adam Magri Overend 111), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 55-Alexandros Kouro (79-Guy Serge Yameogo 37), 77-Aleandro Garzia (8-Jake Grech 59), 94-Luis Willis Furtado (7-Mattia Veselji 91) – Coach: Mauro Camoranesi
gzira u.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao (20-Farid Romero Zuniga 53) (93-Thiago Espindola 114), 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri (47-Brookyln Borg 87), 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula, 16-Luis Carlos Riascos (23-Ewertton Silva 80), 19-Kyle Spence, 21-Zachary Cassar, 98-Jackson Mendoza – Coach: Andrew Cohen
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: G. Bohrer Mentz 12, Z. Cassar 36 (GU), M. N. Garcia 45, K. Reid 49 (F)
AMMONITI: M. N. Garcia (2), J. Grech (F), T. Aldama, M. Dias, L. Macula, E. Silva (GU)
TKEĊĊEW: M. N. Garcia 58, O. El Hasni 72 (F)