FLORIANA ……..2
MOSTA ………….0
F’ripetizzjoni ta’ partita valida mit-360 Sports Malta Premier nhar il-Ħadd li għadda, Floriana għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għas-semi-finali tal-Merdianbet FA Trophy.
Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta wara li rċieva cross mil-lemin, Elvis Mashike Sukisa li kellu xutt bid-dawra li ra lill-goalkeeper ta’ Mosat David Udoh Akpan idawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew fuq l-offenisva u ħames minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Junior intemm ftit barra.
Mosta wieġbu għall-ewwel darba man-nofsiegħa logħob hekk kif Nathan Agius venven xutt minn barra l-kaxxa li iżda sab lill-goalkeeper ta’ Floriana, Yann-Alexander Fillion attent.
Floriana fetħu l-iskor fl-40 minuta meta JOSE FERNANDO JUNIOR GOMES avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’xutt b’saħħtu għeleb għal kollox lil Akpan, bil-ballun li ħabat mal-mimduda qabel intemm ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana komplew bl-istess ritmu ta’ tmiem l-ewwel waħda u fid-49 minuta, cross ta’ Alexandros Kouro ġie interċettat tajjeb minn Akpan.
Huma komplew fuq l-offensiva u fil-61 minuta, xutt minn pożizzjoni angolata tal-player li jinsab f’forma mill-aqwa Dunstan Vella għadda ftit barra.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Greens u żewġ minuti biss wara l-awtur tal-ewwel goal Furjaniż Jose Fernando Junior Gomes kellu t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm barra.
Meritatament huma rduppjaw l-iskor fis-77 minuta biex issiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut Gabriel Sotomayor li kien ilu biss minuta fil-ground, għadda tajjeb lejn DUNSTAN VELLA li minn qagħda ideali ma ħafirx, bil-ballun li ġie devjat minn player ta’ Mosta qabel intemm ġewwa.
Floriana komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Floriana: 1-Alexandre-Yann Fillion, 4-Oualid El Hasni, 9-Elvis Mashike Sukisa, 11-Zachary Scerri, 12-Dunstan Vella (6-Antiago De Flavia 88), 14-Jork Eblin Becerra (20-Matias Nicolas Garcia 46), 17-Owen Spiteri, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 55-Alexandros Kouro (10-Gabriel Sotomayor 76), 77-Aleandro Garzia (21-Carlo Zammit Lonardelli 88), 94-Jose Fernando Junior Gomes (79-Guy Serge Cedric Yameogo 76) Coach: Darren Abdilla
Mosta: 22-David Udoh Akpan, 3-Matthew Bolanos Garcia, 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia (6-James Arthur 72), 8-Junior Eke Chukwuemeka (29-Stephen Chiemezie 46), 9-Souleymane Kone (13-Clayton Failla 72), 10-Giancarlo Goncalves (18-Kaiden Fenech 80), 16-Gianluca Sciberras, 20-Salomo Sakari Ojala (7-Jamie Scerri 46), 21-Nathan Agius, 31-Joao Teixeira De Souza Coach: Joseph Grech
Referee: Glen Tonna
Ass. Referees: Mitchell Scerri, Robeet Curtis
Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha
Skorers: J. F. Gomes Junior 42, D. Vella 78 (F)
Ammoniti: Z. Scerri, J. F. Gomes Junior (F), S. Chiemezie, P. Afriyie (M)