Monday, November 11, 2024

FA Trophy: Hibernians fl-Aħħar 16 b’rebħa fuq Qala Saints

Aqra wkoll

Hibernians ……..2

Qala Saints …….0

Wara li fl-ewwel taqsima, ftit li xejn impres­sjonaw, Hibernianss dehru ttrasformati wara l-mistrieħ u kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Qala Saints biex qatgħu l-passaġġ tagħhom mal-Aħħar 16 tal-Izibet FA Trophy.

Għall-Pawlisti, iddebutta l-goalkeeper żagħ­żugħ internazzjonali Malti, Hugo Sacco, wara li ngħaqad magħhom proprju fil-jiem li għaddew.

L-ewwel mumenti tal- partita kienu ferm kwieti ka­ratterizzati minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan għalkemm Hiber­nians kienu l-ħin kollu jiddettaw il-logħob. Madankollu sabu difiża ferm kumpatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

Dan sal-31 minuta meta xutt fil-baxx ta’ Christian Mer­cieca għal Qala ġie salvat minn mal-art minn Sacco.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Hibernains u fil-ftuħ tat-tieni taqsima, huma ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta resqu viċin meta Giannis Bastsianos avvanza waħdu iżda l-goalkeeper, Owen Attard, ħareġ barra minn postu u b’siequ interċetta kull pe­riklu.

Il-Pawlisti komplew jippressaw u żewġ minuti wara kellhom ferħa bla temma meta Ferdinando Apap kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin jintemm ġewwa, iżda r-referee Andrea Sciriha, kien pront u ħassar il-goal minħabba li ġġudika li kien hemm foul fil-proċess tal-goal mill-istess Apap fuq il-goalkeeper Attard.

Fil-55 minuta rebħu pe­nalty, meta Emanuel Buttigieg, waqqa’ lil Sime Zuzal fil-kaxxa … u mill-11-il metru JURGEN DEGABRIELE xeħet lil Attard fuq in-naħa l-ħażina.

Fit-63 minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Claudio Bonanni ntemmet ftit barra.

Fis-77 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ freekick insidjuż ta’ GIANNIS  BASTIANOS li ma ta l-ebda ċans lil Attard.

Il-Pawlisti komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 8-Robert Bairam, 10-Jurgen Degabriele, 16-Sa­muel Okoh, 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Claudio Bonanni (31-Eriks De Souza Pereira 71), 25-Mamadou Bagayao­ko (13-Zachary Grech 72), Giannis Bastianos (17-Isaiah Chukunyere 85), Luiz Henrique Guedes (9-Sime Zuzul 46)   – Coach: Branko Nisevic

QALA S.: 99-Owen Attard, 2-Nicholas Inguanez (19-Jordi Parnis 46), 4-Joseph Buttigieg (20-Sintayehu Curmi 82), 5-Joao Vitor Ferarri Silva, 6-Lucas Baretto Da Silva, 7-Martin Buttigieg, 8-Christian Vella (10-Lucas Matheus Dos Santos 64), 14-Emanuel Buttigieg, 22-Nathan Chukwidi Njoku (25-Jamie Xerri 82), 23-Christian Mercieca, 27-Igor Nedeljkovic   – Coach: Shaun Bajada

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, David Castillo

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORERS: J. Degabriele pen. 55, G. Bastianos 77 (H)

AMMONITI: F. Apap (H), J. Vitor Ferrari Silva (QS)

Sport