Wednesday, December 25, 2024

FA Trophy: Mosta jeliminaw lil Valletta

Aqra wkoll

Mosta ……….2

Valletta …….1

L-istaġun għal Valletta huma prattikament mitmum hekk kif sfaw megħluba minn Mosta bl-iskor ta’ 2-1 biex ġew eliminati mill-FA Trophy.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Mosta fuq Valletta f’din il-kompetizzjoni hekk kif fit-tliet laqgħat preċedenti, il-Lilywhites dejjem ħarġu rebbieħa.

Il-Mostin fetħu l-iskor fis-16-il minuta b’xutt imdawwar tan-Niġerjan Ma­ximi­lian Ihekuna bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel jispiċċa fix-xibka.

Imbagħad, fit-33 minuta, huma rduppjaw minn daqqa ta’ ras tan-Niġerjan Henry Chidera biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ.

Dan għamilha diffiċli għall-Beltin biex jirkupraw żewġ goals minħabba li Mos­ta kienu l-aħjar team.

Madankollu, fit-73 minuta,  huma rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor meta Diego Cardoso rnexxieu jikkonkludi bir-ras mill-cross ta’ Enzo Ruiz.   

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara, 7-Maximilian Ugochukwu (3-Thomas Tegwi 60), 9-Henry Nwoga (6-Nathan Chukwude 67), 10-Linus Precious Tenebe (21-Nathan Agius 46), 14-Sean Cipriott (5-Sasha Cachia 80), 18-Armen Hovhanissyan, 19-Ben Aziz Dao, 20-Willie Britto, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (30-Jean Paul Farrugia 79) – Coach: Joseph Grech

Valletta: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Omar Fernando Barrientos (88-David Garba 78), 9-Adrian Santiago Ferraris, 11-Goncalo Bragnaca (80-Alfred Silas 46), 13-Jake Azzopardi (66-Neil Anthony Micallef 46), 22-Brandon Paiber (15-Keyon Ewurum 65), 23-Milan Jazdimirovic (10-Shaun Dimech 65), 30-Victor Luiz Prestes Filho, 93-Diego Cardoso – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Glen Tonna

Ass. Referees: Duncan Sultana, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: M. Ugochukwu 16, H. Nwoga 33 (M), D. Cardoso 73 (V)

Ammoniti: V. L. Prestes Filho, D. Cardoso (V)

Ekonomija

Sport