Monday, May 13, 2024

FA Trophy S/F: Partita diffiċli għall-holders Birkirkara kontra Sliema W.

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda ntemm il-kampjonat fejn Hamrun Spartans ġew in­kurunati champions, l-attenzjoni ddur fuq iż-żewġ semi-finali tal-FA Trophy li se jintlagħbu llum u għada biex jiġu deċiżi l-finalisti li jaffrontaw lil xulxin nhar il-Ħadd li ġej biex b’hekk jinżel is-siparju għal dan l-istaġun.  

Iż-żewġ semi-finali hu­ma mill-aktar interessanti, bil-holders Birkirkara għandhom konfront mill- aktar diffiċli kontra Sliema Wanderers  filwaqt li Floria­na jimmiraw li jagħmlu ven­detta sportiva kontra Gzira United. 

Floriana v Gzira U. – Din hija partita mill-aktar delikata għal Floriana li se jilagħbu kontra team li reb­ħilhom darbtejn fil-kampjonat, bl-aħħar waħda tkun proprju nhar il-Ġimgħa li għadda, bl-iskor ta’ 3-1, biex aċċertaw posthom fl-ogħla diviżjoni.

Wara kampjonat mill-aktar diżappuntanti li fih ikkrol­lalhom kollox lejn it-tmiem, il-Greens  jim­miraw li jkunu l-aktar club li jirbaħ dan l-unur hekk kif bħalissa jinsabu jgawdu l-quċċata ma’ Sliema Wanderers … b’21 suċċess.

Biex waslu sa dan l-is­tadju, Floriana eliminaw lil Naxxar 2-0 fit-tieni round, lil  Zebbug Rangers 7-0 fit-tie­let round u lil Marsa­xlokk 2-0 fil-kwarti-finali.  

Il-Maroons komplew javvanzaw b’rebħiet fuq Fgura United 2-0 fit-tieni round, Hibernians 1-0 fit-tielet round u fuq Mgarr United 2-0 fil-kwarti-finali. 

Din se tkun it-tielet darba li dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu f’din il-kompetizzjoni fejn fit-tnejn preċedenti Floriana ħarġu rebbieħa bl-iskor identiku ta’ 2-0. 

Birkirkara v Sliema W. – Dan huwa konfront miftuħ għal kull riżultat bejn żewġ timijiet li jridu jagħlqu l-istaġun fuq nota għolja. 

Interessanti huwa l-fatt li coach ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit, huwa missier l-attakkant ta’ Birkirkara, Andrea. Min minnhom se joħroġ rebbieħ?

Biex waslu sa din is- semi-finali, Birkirkara reb­ħu lil Attard 3-1 fit-tieni round, lil Sirens 1-0 wara l-ħin barrani fit-tielet round u lil Hamrun Spartans 4-3 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 2-2 fil-kwarti-finali.

Il-Wanderers kellhom passaġġ simili meta għelbu lil Marsaskala 3-0 fit-tieni round, lil Balzan 1-0 wara l-ħin barrani fit-tielet round u lil Mosta 4-3 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 2-2 fil-kwarti-finali. 

Din se tkun l-20 logħba bejniethom fejn f’dawk preċedenti, il-Slimiżi rebħu 9, il-Karkariżi rebħu 5 … bil-ħames partiti l-oħra jintemmu fi draws. 

L-uniku player sospiż hu­wa l-midfielder ta’ Bir­kirkara, Ali Diakite.    

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport