Tuesday, December 24, 2024

F’Diċembru 2022 ġew irreġistrati 1,003 kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll


In-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà li saru f’Diċembru tas-sena l-oħra ammontaw għal 1,003. Dawn iċ-ċifri juru tnaqqis ta’ 28.8% meta mqabbel ma’ dak li kien irreġistrat fl-istess xahar tas-sena 2022. Dan kollu sar b’valur ta’ €255.1 miljun.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw total ta’ 91.3% tal-kuntratti saru minn xerrejja individwali, li laħaq l-ammont ta’ €186.3 miljun, li huwa akkwivalenti għal 82.8% tal-ammont totali. Il-bqija tal-kuntratti kienu minn diversi kumpaniji.

Bejn Ottubru u Diċembru tal-2022 saru 3,738 kuntratti li fihom kien hemm tnaqqis annwali ta’ 41.1%. Il-valur tat-total tal-kuntratti żdied b’0.1% għal ftit aktar minn €859 miljuni.

F’Għawdex saru l-iktar ammont ta’ kuntratti, li laħqu s-600. F’Malta l-iktar lokalitajiet li fihom saru l-iktar kuntratti kienu; Birkirkara, Gżira, Imsida, Ta’ Xbiex u San Ġwann. F’dawn il-lokalitajiet imsemmija saru 427 kuntratt. Minkejja li l-lokalitajiet tal-Isla, ta’ Bormla u tal-Kalkara kellhom l-inqas rata ta’ kuntratti , dawn żdiedu b’44%. Dawn iċ-ċifri juru wkoll li l-ikbar tnaqqis annwali kien fir-reġjun ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, l-Iklin u Ħal Lija.

Fir-raba’ kwart tas-sena 2022, kien hemm total ta’ 3,357 konvenji. Dan juri tnaqqis ta’ 27.2% fis-suq ta’ dan is-settur. F’Għawdex u f’Birkirkara, fil-Gżira, fl-Imsida, f’Ta’ Xbiex u f’San Ġwann saru l-iktar konvenji. Il-lokalitajiet tal-Birgu, tal-Isla, ta’ Bormla u tal-Kalkara, ta’ Ħ’Attard u Ħal Balzan kellhom l-inqas rata ta’ konvenji.

Ekonomija

Sport